Theme Preview Rss

Qxur tal-larinġ

Il-qxur tal-larinġ għandu ħafna użu differenti. Minflok tuża prodotti bil-kimiċi tossiċi, agħmel il-prodotti tiegħek ħalli jkunu tajbin għal saħħtek u irħas. L-aċtu u ż-żjut fil-qxur tal-larinġ jaħdmu tajjeb. Fiż-żejt insibu sustanza li jisimha D-Limonene li jnaddaf it-tidlik taż-żejt.

Biex tnixxef il-qxur tal-larinġ qaxxar il-larinġa u l-abjad ta' ġewwa neħħihula, ħallieh fix-xemx għal madwar ġimgħa. Imbagħad itħnu bil-blender u għaddieh fil-passatur biex tieħu t-trab tiegħu. Li jifdal tarmiħx, tista' tużah xorta għal affarijiet oħrajn.


It-trab tal-qxur tal-larinġ imnixxef meta tgħaddieh mill-passatur:

  • Tista' tagħmel qoxra tal-larinġa ma' zokkor ismar biex jibqa' artab.
  • Tista' tużah mal-laħam speċjalment mat-tiġieġ.
  • Tista' tidlek it-trab tal-qxur tal-larinġ ma' jdejk biex ma jersaqx in-nemus lejk.
  • Tista' tużah mas-sapun li tuża ssoltu meta tinħasel fil-banju biex iġġib il-ġilda tleqq.
  • Tista' tgħaddi l-frak tal-qxur mill passatur u jiġi trab u tħaltu mal-bikarbonat biex timsaħ uċuh ta' mwejjed, eċċ.
  • Tista' tużah għal ġol-gwardarobba għal kontra l-kamla billi tagħmlu f'xi borża tad-drapp, tajts jew sachet. Tista' żżid miegħu kwart ta' kikkra sagħtar imnixxef u kwart ta' kikkra imsiemer tal-qronfol.
  • Tista' tagħmlu bħala face mask, tagħmel taħlita ta' Rose Water u powder tal-qxur tal-larinġ, tħalliħ għal għoxrin minuta fuq wiċċek.
  • Tista' tużah biex issajjar bih.
  • Tista' tferrxu fuq it-tapit mal bikarbonat biex tneħħi r-riħa u wara ivvakumjah.
  • Tista' tagħmlu pot pourri.
  • Tista' tuzah fis-sink tal-platti ma' żewġ magħref bikarbonat biex tnaqqas mill kwantita tas-sapun għaliex il-bikarbonat jagħmel l-ilma eħfef, u fl-ilma tat-tlaħlieħ tal-platti uża żewġ magħref ħall abjad.
  • Tista' tagħmel topiary bil-qxur tal-larinġ niexef.

Biex togħrok l-art meta tkun imtebba. (mhux irħam)
  • 3 magħref qxur taċ-ċitru (larinġ, lumi jew grape fruit) mitħun.
  • 3 magħref borax.
  • 5 magħref bikarbonat.
  • Ħallat kollox flimkien.
  • Ferrex fejn hemm it-tbajja.
  • Li jibqa' ħallieh fil-vażett tal-ħġieġ magħluq.

Tindif biċ-ċitru.
  • Kikkra bikarbonat.
  • 2 kuċċarini cream of tartar.
  • 2 imgħaref borax.
  • Kwart ta' kikkra qxur taċ-ċitru mitħun u mnixxef.
  • Ħallat kollox flimkien u għamilhom ġo vażett tal-ħġieġ.

Pot Pourri.
  • Kikkra qxur tal-larinġ imnixxef.
  • 6 jew 8 bsaten tal-kannella.
  • 2 magħref imsiemer tal-qronfol.
  • 2 magħref allspice sħiħ.
  • Ħallat kollox flimkien.


Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek