Theme Preview Rss

Il-Felċi



Il-Felċi tassorbi l-kimika formaldehyde. Issibuha bħala l-isem ta' Nephrolepis li ġejja mill kelma Griega nephros li tfisser kilwa, u lepis li tfisser qoxra.
Iż-żerriegħa tal-Felċi jgħidulha spori u għanda forma ta' kilwa. Il-felċi trid id-dell u l-umdita', għalhekk laħjar ħaġa hi li tisprejjalha l-ilma fuq il-weraq. Tħalluhiex bil-għatx u tifqawiex bl-ilma lanqas. Hija sabiħa meta tkun imdendla bħala hanging pot, jew fuq xi kolonna. Tkun trid fertilizzant darba fix-xahar u uża nofs id-doża li jgħidlek il-flixkun. Tista' titnissel billi tofroqha jew tiżra' l-ispori tagħha billi dawn ikunu taħt il-werqa u meta jsiru suwed farfarhom fuq karta u minhhom joħorġu spori qishom ramel fin. L-ewwel ipprepara qasrija nadifa daqs disa' ċentimetri u itfa' l-kompost. Sterilizza l-kompost billi titfa' ilma jagħli fuq il-kompost. Wara, iżra' l-ispori u itfa' ftit f'kull qasrija ħalli meta jimbtu ma jiġux fuq xulxin. Poġġi l-qasrija ġo borża tal-plastik jew poġġi parti mill flixkun bħal l-istampa. Ħalliha ġewwa u fid-dell. Idumu biex jimbtu ġimgħat jew xahar, wara li jikbru ftit ofroqhom bil mod fil-qsari.



Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek