Theme Preview Rss

Użu ieħor mit-tajts

Ħafna nies jaħsbu li t-tajts għandu ħajja qasira. La darba jilbsuh dan jitqatta u jarmuh, imma hemm diversi modi x'tista' tagħmel minflok tarmih, ikun liema qies, kulur u għamla. Il-biċċa l-kbira jkunu magħmulin minn nylon li mhuwiex bio degradibli, iġifieri dan jekk se jintrema, mhux se jitmermer. Kontu tafu li mit-tajts jagħmlu bankijiet fil-ġonna? Twapet u ġugarelli? Li jbiddel par saqajn mhux biżżejjed.


Jista' jintuża:

  • Daħħal il-parti ta' fuq tat-tajts biex meta tiknes ma ttajjarx trab u tiġbor iżjed.
  • Tagħmel krafts. Eżempju taħdmu bil-labar.
  • Torbot il-pjanti bih.
  • Meta tixkatla l-injam, tista' tgħaddi minn fuq l-injama bit-tajts u tara jekk hux xkatlata tajba.
  • Tillostra ż-żarbun.
  • Terfa l-basal tal-fjuri fihom.
  • Terfa r-wrapping paper fihom.
  • Issaffi ż-żebgħa bih.
  • Tqabbad biċċa tajts mat-tarf tal-vacuum biex tiġbed xi ħaġa. (eżempju ċurkett, biex ma jibqax dieħel fil-vacuum)
  • Tkun tista' tnaddaf il-brush tax-xagħar malajr billi tqabbad mas-snien tal-brush biċċa tajts, ħalli kemm tiġbed it-tajts minn mas-snien tal-brush biss.
  • Timla' l-kuxins, l-imħaded, soft toys, eċċ.
  • Tippakja l-bagalja, billi titfa xi ħwejjeġ ġot-tajts biex ma jitkemxux.
  • Biex ma tagħmilx marka bil-labar tal-inxir mal-ġersijiet, daħħal it-tajts mill għonq għall kmiem u dendel bit-tajts.
  • Tużah bħala lastiku, biex torbot bih.
  • Tużah ma' sponża biex togħrok il-banju.
  • Tuża l-biċċa ta' fuq bħala lasktuwa biex torbot il-garbage bags mal-barmil.
  • Il-fdalijiet tas-sapun tista' titfahom ġo fih u torbtu mal-vit, ħalli hu u nieżel l-ilma jerħi s-sapun.
  • Titfa' pot pourri u tagħmila fil-gwardarobba.
  • Iddaħħalha ġo xi ħaġa twila biex tiġbor it-trab minn taħt l-għamara, fejn ma tistax tilħaq.
  • Tqatta ftit ħwawar u bikarbonat fit-tajts biex ineħħu r-riħa tal-umdita.
  • Tagħmlu mal-pipe tal-washing machine biex meta tbattal ma jinżilx il-frak għal ġod-drain.


Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek