Theme Preview Rss

Niċċaraw il-minkeb, l-irkoppa u taħt l-għajnejn

Hija problema komuni meta jkollna l-minkeb skur għaliex dik il-parti ma tantx nagħtu kasha, u hija parti li nużaw ħafna meta eżempju nserrħu jdejna fuq xi ħaġa. għalhekk tidher skura l-ġilda tal-minkeb għax hija eħxen.


1.  Metodu (għal minkeb):
  • Żewgt imgħaref meraq tal-lumi.
  • Magħrfa żejt taż-żebbuġa.
  • Nofs kikkra melħ. (sea salt)
  • Ħawwadhom flimkien.
  • Ogħrok fuq il-minkeb.
  • Wara laħlaħ u agħmel il-moisturiser.
2.  Metodu (għal minkeb):
  • Aqsam lumija minn nofs.
  • Poġġi l-minkeb fil-lumija għal 10 minuti.
  • Laħlaħ bil-fietel u imsaħ bil-mod.
3.  Metodu (għal minkeb):
  • Aqsam larinġa.
  • Ogħrok il-minkeb qisek qed tagħsar larinġa.
  • Wara laħlaħ.
4.  Metodu (għal minkeb):
  • Meraq ta' lumija ħadra.
  • Meraq tal-ħjara.
  • Turmeric. (Żafran tal-Indja)
  • Ħawwad kollox flimkien li jiġu krema.
  • Agħmilhom mal-minkeb sa ma jinxef.
  • Wara laħlaħ.
5.  Metodu (għal minkeb):
  • Ogħrok patata nejja għal 20 minuta.
6.  Metodu (għal minkeb u l-irkoppa):
  • Nofs kikkra zokkor ismar.
  • Żejt taż-żebbuġa.
  • Ħawwad flimkien sa ma jiġu krema.
  • 3 darbiet fil-gimgħa.
7.  Metodu (għal irkoppa u tbajja fis-saqajn):
  • Meraq ta' lumija.
  • Kikkra ħalib fietel.
  • Xarrab face cloth b'dan il-likwidu.
  • Poġġiha fuq l-irkoppa.
Tbajja taħt l-għajnejn (Dark circles) jista' jkun ikkawżat minn għejja, nuqqas ta' rqad u dieta ħażina. Dejjem importanti li nixorbu l-ilma meta jkollna dawn it-tbajja.

8.  Metodu (tbajja taħt l-għajnejn):
  • Juice ta' patata nejja.
  • Applikah ma' taħt l-għajnejn.
9.  Metodu (tbajja taħt l-għajnejn):
  • Żejt il-lewż (Almond oil)
  • Għasel.
  • Ħawwadhom flimkien.
  • Applikah ma' taħt l-għajnejn qabel torqod.
  • Filgħodu aħsel wiċċek normali.
10.  Metodu (tbajja taħt l-għajnejn):
  • Naniegħ.
  • Meraq tal-lumi aħdar.
  • Ħawwadhom flimkien sa ma jiġu krema.
  • Applikah ma' taħt l-għajnejn.
11.  Metodu (tbajja taħt l-għajnejn):
  • 3 taqtiriet Rose Water fuq tajjara.
  • Applikah ma' taħt l-għajnejn.
Nota: Fejn ma semmejtx kemm tuża ammont, ikkalkula li tuża' ftit kemm iservik għal fejn se tapplikah.


Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek