Theme Preview Rss

Qxur tal-bajd

Jiena nirriċikla, nerġa' nuża u nagħmel dak kollu li nista' nagħmel biex innaqqas l-iskart mill land fills. Din hija xi ħaġa ekonomika u wieħed jista' jkun qiegħed jifranka l-flus, u jtejjeb saħħtu meta nużaw affarijiet naturali u mhux sintetiċi.

Hemm diversi użu mill qxur tal-bajd, kemm mill industrija kif ukoll mid-dar. Il-qxur tal-bajd jintużaw għal arti fi proġetti u nistgħu nagħmlu xi ħaġa li qatt qabel ma konna naħsbu fuqa.


Nistgħu niżirgħu fil-qxur tal-bajd billi ntaqqbu toqba bil pin fuq naħa u fuq oħra, nagħmlu fetħa biex niżvojtaw l-bajda. Wara naħslu l-qoxra sew u nnixfuha. Inpoġġu l-kompost jew tajjar u niżirgħu ż-żerriegħa li nixtiequ aħna. Meta tinbet, jkolla ftit weraq u niġu biex inħawluha nagħfsu ftit il-qoxra biex tixxaqqaq, nagħmluha fil-post li rriduha tikber u inħawluha bil-qoxra b'kollox. (il-qoxra maż-żmien tiddekomponi)

Pjanti bħal ortenzja, li ma jħobbux il-ġir tagħmlux qxur magħhom.

Aktar bil-qxur tal-bajd:

  • Tista tferrex il-qxur tal-bajd fuq il-ħamrija biex ma jimxix fuqu l-bebbux u bugħarwien.
  • Tista tużah biex tagħmel il-kompost.
  • Tista' tagħmel il-qxur tal-bajd ġo vażett bl'ilma għal ġimgħa u wara saffi u saqqi l-pjanti bih, anke wara li nagħllu l-bajd, nistgħu nużawh għat-tisqija meta jiksaħ.
  • Qxur tal-bajd magħfġin tajbin ukoll biex innadfu xi vażun tal-ħġieġ meta jitħammeġ. Fil qiegħ itfa' l-qxur tal-bajd, żid l-ilma, ħall abjad u melħ. Ħallieh lejl u filgħodu aħsel u laħlaħ.
  • Nistgħu nużawh ukoll billi nitħnuh, wara nħaltuh mal-bikarbonat u nnadfu bih.
  • Tajjeb ukoll għat-teapots u l-coffee pots meta jittebbaw minn ġewwa. Nagħmlulhom il-qxur tal-bajd imfarrak ġo fihom, inħawdu, inħalluh lejl u filgħodu naħsluh.
  • Għal meta jkollna l-ħakk jew irritazzjoni, inpoġġu qoxra ta' bajda ġo vażett bil ħall apple cider għal jumejn u applika fejn għandek il-ħakk jew irritazzjoni.
  • Nistgħu nużaw il-qoxra biex nagħmlu face mask billi nagħmluha frak irqiq ma' abjad ta' bajda u tuża' fuq il-wiċċ, tħalliha tinxef u laħlaħ sew.


Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek