Theme Preview Rss

Nerġgħu nużaw

Minn t-shirt għal kobba.
Huwa importanti li nerġgħu nużaw u nirriċiklaw għal benefiċju tal-ambjent. Inkunu qegħdin ngħinu lid-dinja biex ma nżidux skart fuq din il-pjaneta u nagħmluha isbaħ u b’saħħita. Il-maġġoranza tal-popolazzjoni tad-dinja jergħu jużaw il-ħwejjeġ billi jagħtuhom lil xi ħadd ieħor u jekk m’għadhomx tajbin biex jintlibsu jistgħu jużawhom għat tindif jew jagħmlu xi ħaġa ġdida minnhom bħal twapet, basktijiet, imħaded, ġugarelli għal annimali, kutri, u oħrajn.



Tista tagħmel kobba ħajt minn t-shirt u taħdmu bil-labar, bil-ganċ jew għodod tal-krafts oħra.

T-shirt qadim. L-aħjar meta ma jkollux ħjata fil-ġnub.
Naqtgħu taħt il-kmiem.
Naqtgħu ċ-ċinta l-barra.
Nagħmlu marka kull pulzier minn naħa
 għal oħra.
Kif jidher wara li timmarkah.
Nibdew naqtgħu fuq il-linji. Ħalli daqs 
pulzier mit-tarf.
Ibda aqta' minn parti għal parti ta' ħdejha.

Ibqa sejra hekk sa l-aħħar waħda.

Iġbed id-drapp biex jirrombla.

Jiġi jidher hekk.

Remblu kobba.



Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.


Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek