Theme Preview Rss

Neħilsu minn nemel minġħajr ma noqtluhom

Dawn li ġejjin huma tips biex nużawhom minn fejn joħroġ in-nemel bħal toqob u xquq. In-nemel iħallu riħa biex ikunu jafu minn fejn ġħaddew, għaldaqstant nużaw dawn it-tips li ġejjin biex ifixklu lin-nemel u ma jerġgħux jiġu.



  1. Jekk tpinġi linja twila bil-ġibs minn fejn ikun għadda in-nemel, in-nemel ma jerġax jgħaddi għax il-ġibs jeħel ma saqajhom u jdejjaqhom.
  2. Inferxu l-bikarbonat fejn jgħaddi in-nemel għaliex il-bikarbonat jeħel ma saqajn in-nemel ukoll. L-istess bħal tal-ġibs.
  3. Tisprejja ħall abjad jew apple cider pur jew imħallat mal-istess ammont ta' ħall u ilma.
  4. Minflok tarmi l-kafe mitħun meta tużah, ferxu minn fejn ġej in-nemel.
  5. Għasar il-lumi u poġġi l-meraq fejn hemm ix-xquq u t-toqob minn fejn joħroġ in-nemel.
  6. Ferrex il-bżar iswed fejn hemm ix-xquq u t-toqob minn fejn joħroġ in-nemel.
  7. Ħwawar bħal nanieħ niexef u mfarrak, tea bags tan-nanieħ, essential oil tan-nanieħ, bżar Cayenne, kannella u weraq tar-rand huma tajbin ukoll biex in-nemel ma jiġix.
  8. Il-qxur tal-ħjar idejjaq lin-nemel ukoll.

Metodu ieħor huwa:
  • Żewġ kikkri ħall abjad.
  • Erba' imgħaref bżar Cayenne.
  • Kikkra qxur tal-grape fruit tal-lumi u tal-larinġ maħkuka.
  • Żewġ sinniet tewm imqattajn irqaq ħafna.
  • Ħawwad kollox flimkien.
  • Għamilhom ġo flixkun biex tisprejja fejn tara n-nemel.

Tista wkoll tagħmel marfa tewm mitħun ma' litru ilma u sprejja.


Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek