Theme Preview Rss

Qxur tal-larinġ

Il-qxur tal-larinġ għandu ħafna użu differenti. Minflok tuża prodotti bil-kimiċi tossiċi, agħmel il-prodotti tiegħek ħalli jkunu tajbin għal saħħtek u irħas. L-aċtu u ż-żjut fil-qxur tal-larinġ jaħdmu tajjeb. Fiż-żejt insibu sustanza li jisimha D-Limonene li jnaddaf it-tidlik taż-żejt.

Biex tnixxef il-qxur tal-larinġ qaxxar il-larinġa u l-abjad ta' ġewwa neħħihula, ħallieh fix-xemx għal madwar ġimgħa. Imbagħad itħnu bil-blender u għaddieh fil-passatur biex tieħu t-trab tiegħu. Li jifdal tarmiħx, tista' tużah xorta għal affarijiet oħrajn.

Innaqqsu l-konsum tad-dawl u l-ilma

  • Itfi d-dawl meta mhux qed tuża l-kamra.
  • Ninvestu fid-dawl LED.
  • Iddaħħalx ikel jaħraq fil-friġġ.
  • Tħallix il-kompjuter jew televissjoni mixgħul għalxejn.
  • Aqla l-plakek li mhux qed jintużaw.
  • Meta taħsel xagħrek aħsila minn qabel ħalli tilħaq tinxef qabel ma tissetjha.
  • Żomm il-bibien magħluqin jekk hemm air condition mixgħul.
  • Jekk ma tkunx ser tuża l-gijżer itfih.
  • Toqgħodx bil-bieba tal-friġġ miftuha, iddeċiedi minn qabel xi trid toħrog minnha.
  • Naddaf fuq wara tal-friġġ kull tant żmien.
  • Aħsel loads kbar tal-ħwejjeġ.
  • Naddaf il-filter tat-tumble dryer u tal-air condition.
  • Investi f’sistema ta’ solar water heaters.
  • Investi f’sistema ta’ solar panels.
  • Jekk l-air condition ikun fid-dell, tkun qed tiffranka madwar 5% iżjed.
  • Aħjar shower milli banju, basta ma ddumx ħafna.
  • Meta taħsel snienek jew idejk agħlaq l-ilma sakemm togħrokom.
  • Meta tagħlli xi ħaġa fuq in-nar, wara uża l-ilma biex issaqqi.
  • Aħsel bl-ilma kiesaħ.
  • Uża ilma tal-bir jekk għandek.
  • Sewwi l-vit jekk joqtor.
  • Uża l-ilma tal-ħasil tal-ħwejjeġ biex taħsel il-btieħi jew postijiet oħra.

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Jekk trid iżżid ma’ dawn ikteb fil-kummenti.

Il-Felċi



Il-Felċi tassorbi l-kimika formaldehyde. Issibuha bħala l-isem ta' Nephrolepis li ġejja mill kelma Griega nephros li tfisser kilwa, u lepis li tfisser qoxra.

Niċċaraw il-minkeb, l-irkoppa u taħt l-għajnejn

Hija problema komuni meta jkollna l-minkeb skur għaliex dik il-parti ma tantx nagħtu kasha, u hija parti li nużaw ħafna meta eżempju nserrħu jdejna fuq xi ħaġa. għalhekk tidher skura l-ġilda tal-minkeb għax hija eħxen.

Nerġgħu nużaw il-gażżetti jew karti

Kull fejn tħares se tara l-karti, posters, kotba, gażżetti, rivisti, eċċ. Il-karti huma l-iżjed ħaġa li narmu. Kieku nirriċiklaw gażżetta kuljum insalvaw mal 41,000 siġra u nnaqqsu l-carbon footprint.

Użu ieħor mit-tajts

Ħafna nies jaħsbu li t-tajts għandu ħajja qasira. La darba jilbsuh dan jitqatta u jarmuh, imma hemm diversi modi x'tista' tagħmel minflok tarmih, ikun liema qies, kulur u għamla. Il-biċċa l-kbira jkunu magħmulin minn nylon li mhuwiex bio degradibli, iġifieri dan jekk se jintrema, mhux se jitmermer. Kontu tafu li mit-tajts jagħmlu bankijiet fil-ġonna? Twapet u ġugarelli? Li jbiddel par saqajn mhux biżżejjed.

Qxur tal-bajd

Jiena nirriċikla, nerġa' nuża u nagħmel dak kollu li nista' nagħmel biex innaqqas l-iskart mill land fills. Din hija xi ħaġa ekonomika u wieħed jista' jkun qiegħed jifranka l-flus, u jtejjeb saħħtu meta nużaw affarijiet naturali u mhux sintetiċi.

Hemm diversi użu mill qxur tal-bajd, kemm mill industrija kif ukoll mid-dar. Il-qxur tal-bajd jintużaw għal arti fi proġetti u nistgħu nagħmlu xi ħaġa li qatt qabel ma konna naħsbu fuqa.

Neħilsu minn nemel minġħajr ma noqtluhom

Dawn li ġejjin huma tips biex nużawhom minn fejn joħroġ in-nemel bħal toqob u xquq. In-nemel iħallu riħa biex ikunu jafu minn fejn ġħaddew, għaldaqstant nużaw dawn it-tips li ġejjin biex ifixklu lin-nemel u ma jerġgħux jiġu.

Tagħrif fuq il-pjanta Ilsien in-Nisa


Ta' min jgħid li l-pjanti minn barra li jsebbħu fejn ikunu, jnaddfu wkoll l-arja. Il-pjanti jassorbu il-carbon dioxide matul il-ġurnata u jagħtuna l-ossiġnu. Il-pjanti li qiegħda nitkellem fuqhom huma effettivi biex ineħħu wkoll kimiċi tossiċi bħal Formaldehyde, Benzene, Toluene u oħrajn. Dawn il-kimiċi tossiċi jistgħu jkunu moħbija fid-dar tagħna, fil-prodotti, żebgħa, eċċ. Kull pjanta tassorbi madwara fi spazju ta 9m2.

Libsa bil-Video Tape

Mod ieħor ta' kif innaqsu l-iskart huwa billi nerġgħu nużaw. Din il-libsa hija magħmula minn VHS tapes u basktijiet tal-plastik. Tista’ toħloq iżjed affarijiet magħmulin minn tapes jew plastik, mhux ilbiesi biss. Tarmix qabel issir taf x’tista terġa tagħmel bihom, b’hekk tkun qiegħda/qiegħed tgħin l-ambjent. Importanti li jekk tagħmel xi ħaġa bil plastik, tkun ċert/a li mhux bijodegradabbli għaliex jitmermer maż-żmien. Aktar affarijiet maħduma b'dan il-mod se ssibuhom ġo xi artikli aktar il-quddiem. Tkun idea tajba kieku kulħadd jagħmel xi użu minn dawn il-materjali, jew jagħtihom il-min għandu użu tagħhom biex ma narmux ir-riżorsi tagħna.

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek