Theme Preview Rss

Tindif tat-twapet

Tmenin fil-mija tal-ħmieġ ġewwa d-dar ġej minn żraben meta nidħlu ġewwa. Bacteria tista’ tgħix sa erba’ ġimgħat ġot-tapit. Jista jkun li t-tapit li narawh nadif f’għajnejna jkun mimli trab. Mal-elfejn dust mites jistgħu jgħixu fit-tapit.


L-ewwel ħaġa t-tapit irid jitnaddaf bil-vacuum cleaner.

Biex noqtlu id-dust mites:
Ammont indaqs ta’ ħall abjad u vegetable glycerin (1:1) fuq it-tapiti.

Jew

Biex noqtlu id-dust mites minn fuq is-saqqijiet, lożor, tapiti u soft toys.
B’taħlita ta’ żjut essenzjali tal-lumi, tal-lavender u tal-ewkaliptus.

Jew

Nistgħu noqtlu d-dust mites bl-isteamer.


--------------------------------------

1. Biex it-tapit jerġa joħroġlu l-kulur naturali.
    Kikkra ħall
    Erba’ litri ilma.
    Imsaħ it-tapit bl-isponża
   


--------------------------------------

2. Biex nerġgħu nagħtuh rieħa tfuħ   
    Tliet kwarti ta’ kikkra bikarbonat.
   
Kwart ta’ kikkra corn starch.
   
Kwart ta’ kikkra lavender flowers.
    Ħawwad l-ingredjenti kollha ġo bowl. Ferrex fuq it-tapit u ħallih joqgħod mal-lejl. Filgħodu naddaf it-tapit bil-vacuum cleaner.


--------------------------------------

3. Inneħħu t-tbajja
   
Ħall abjad.
    Bikarbonat. (meta jitħaltu flimkien jirreaġixxu u jagħmlu isu vulkan)
    Ħawwadhom flimkien.
    Bi brush zgħira għorok fuq it-tebgħa.
    Ħallih jinxef.
    Naddaf bil-vacuum cleaner.
   
Jekk ma tmurx erġa prova.


--------------------------------------

4. Shampoo
    Litru ilma.
    Marfa ħall.
    Marfa sapun likwidu.
    Ħawwad kollox flimkien.
    Għorok it-tapit.


--------------------------------------

5. Shampoo (Din trid tagħmilha dak il-ħin li tkun se tnaddaf it-tapit ġo banju żgħir jew ġo flixkun bil-pompa)
    Kwart ta’ kikkra sapun likwidu.
    Żewġ kikkri ilma fietel.
    Żewġ maref ħall abjad.
    Ħabbat bil-beater sa ma jiġi foam.
   
Bi sponża imsaħ it-tapit b’din it-taħlita.





Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek