Theme Preview Rss

Tindif tal-għamara mhux illostrata

Nixtieq niġbed l-attenzjoni biex meta nagħmlu deterġent aħna ma nużawx fliexken li kienu diġa bid-deterġenti minħabba li jkunu kkontaminati bil-kimika. Għalhekk nissuġerixxi li jew tużaw flixkun tal-ilma jew flixkun ġdid u kull flixkun nimmarkaw għalxiex inhu magħmul. (eżempju wood cleaner)

Ipprova dawn il-metodi fejn ma jidirx l-ewwel ħalli tara jekk jogħġbokx.


1. Għal injam

  • Kwart ta' kikkra żejt taż-żebbuġa.
  • Erba' imgħaref ħall abjad.
  • Żewġ imgħaref meraq tal-lumi.
  • Ħawwad kollox flimkien qabel ma tużah.


2. Biex tnaddaf l-injam mill marki tas-swaba

  • Kwart ta' kikkra ħall abjad.
  • Nofs kuċċarina sapun tal-platti.
  • Kwart ta' kikkra ilma.
  • Ħames taqtiriet żejt taż-żebbuġa.
  • Ħawwad kollox flimkien ġo flixkun.


3. Għal l-injam skur (Din trid tagħmilha dak il-ħin li ser tnaddaf)

  • Kuċċarina żejt taż-żebbuġa.
  • Meraq tal-lumija sħieħa.
  • Kuċċarina Brandy jew Whiskey.
  • Kuċċarina ilma.
  • Ħawwad kollox flimkien u naddaf b'ċarruta ratba.

4. Polish mingħajr riħa
  • Tliet partijiet żejt taż-żebbuġa ma' parti ħall abjad flimkien. (3:1)

5. Għal meta jkollna marki tal-ilma fuq l-għamara
  • Toothpaste abjad. (mhux bil-gel)
  • Bikarbonat.
  • Pecan jew ġewża.
  • Poġġi ammont indaqs ta' toothpaste u bikarbonat fuq biċċa ċarruta niedja.
  • Laħlaħ iċ-ċarruta u imsaħ fejn hu mċappas.
  • Wara imsaħ b'ċarruta ratba u nadifa.
  • Imbagħad aqbad il-pecan jew il-ġewża u għaddiha fuq fejn kienet il-marka.
  • Wara erġa imsaħ biċ-ċarruta ratba.

6. Għal meta jkollna xi girfa jew marka ta' sħana fuq l-injam.
  • Għorok bil-majoneż jew bil-ġewża.
  • Wara imsaħ.

7. Polish ieħor
  • Nofs kikkra ilma fietel.
  • Ħames taqtiriet lemon essential oil.

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek