Theme Preview Rss

Deterġent bil-qxur taċ-ċitru

Evitaw li tuzawh fuq l-irħam.

Nirrakkomandalkom biex tibdew terfgħu l-qxur ġo bowl magħluqa fil-friġġ sa għaxart ijiem u sa ma jkollkom biżżejjed biex timlew il-vażett sabiex tkunu tistgħu tagħmlu din it-taħlita.
Għandek bżonn:
  • Qxur imqatta tal-larinġ jew taċ-ċitru (mandolin, lumi, grapefruit, etċ) maħsul sew b'taħlita ta’ bikarbonat u ilma. (1:3)
  • Itfa il-qxur ġo vażett u imlieħ bil-ħall abjad.
  • Żommu magħluq fid-dlam (cupboard) għal erba’ ġimgħat.
  • Wara erba’ ġimgħat saffieħ u żommu ġol-vażett fil-friġġ sa ma tiġi biex tuzaħ.


Għal ħasil tal-art uża nofs kikkra minn din it-taħlita ma’ barmil ilma.
Biex timsaħ ucuħ fil-kċina itfa nofs kikkra ma’ erba’ litri ilma.


Jekk tuża qxur tal-lumi mal-ħall, tajjeb biex tużaħ minflok il-bleach biex taħsel il-ħwejjeġ bojod,srievet u kalzetti bojod.
  • Ħallihom jixxarbu nofs siegħa jew iżjed.
  • Ma’ kull erba’ litri ilma agħmel nofs kikkra mit-taħlita.
  • Wara li tħallihom jixxarbu aħsilhom bis-sapun normali li tuża issoltu, importanti li tuża d-deterġent bil-qies skont kemm jgħidlek il-flixkun.
  • Waqt it-tlaħlieħ itfa nofs kikkra ħall abjad biex tneħħi s-sapun bil-kimika minn mal-ħwejjeg.










Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek