Theme Preview Rss

Kif inżommu l-insetti l-bogħod

Dawn jistgħu jintużaw biex ibiegħdu l-insetti kollha.


Te’ tan-naniegħ:
2 tea bags tan-naniegħ jew kwart ta kikkra naniegħ frisk imqatta ġo litru misħun għal nofs siegħa.
Meta jiksaħ saffieħ u sprejja fuq il-pjanti.

                                                         

Tista' tuża wkoll
:
Ġeranjum u ilma l-istess ammont ( Iġifieri kemm titfa' weraq tal-Ġeranjum trid titfa listess ammont ta' ilma, eżempju kikkra Ġeranjum ma' kikkra ilma ) fil-blender sa ma jiġu magħqudin.
Saffi ġo passatur irqieq ħafna jew cheese cloth u ħallat kuċċarina mill-likwidu li saffejt ma' żewġ kikkri ilma u sprejja fejn hemm bżonn.

                                                         

Tista wkoll:
  • Nofs kikkra tewm imqatta jew basal jew chives minflok it-tewm.
  • Pinta ilma
Ħallat it-tewm (jew li użajt) u l-ilma sew.
Ħallihom għal siegħa.
Saffi it-tewm (jew li użajt) u itfgħu ġo flixkun tal-isprej.
Sprejja fuq il-pjanti.

                                                         


Tista wkoll:
Qxur taċ-ċitru ta' bejn 2 u 4 frottiet.
Għamilhom ġo kontinetur ma' litru misħun.
Ħallieħ lejl joqgħod.
Saffi mill-qxur.
Sprejja fuq il-pjanti affetwati.

                                                         


Din tbiegħed insetti kif ukoll annimali mill pjanti:
  • 6 sinniet tewm
  • nofs basla
  • marfa bżar (Cayenne)
  • marfa sapun tal-platti
  • litru ilma
Fil-blender itfa l-ewwel erba' ingredjenti.
Itfa ftit mill ilma sa ma jiġi magħqud.
Ferra it-taħlita go vażett u żid il-kumplament tal-ilma.
Ħallihom 24 siegħa jerħu. 
Saffi u ferra il-likwidu ġo flixkun biex tisprejja fuq il-pjanti.
Li jifdallek agħmlu fil-fridge għal ġimaghtejn.
Erġa sprejja jekk hemm bżonn.


Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek