Theme Preview Rss

Il-kura tal-pjanti


Introduzzjoni:
Il-pjanti saru parti mill ħajja tagħna ta’ kuljum u ssib tixtrihom minn kull rokna. Għalkemm meta nixtru xi pjanta jkolla xi tabella zgħira dwar kif għandna nieħdu ħsieba, pjanta li tkun ila taħt idejn il-bniedem li kabbarha tista’ tiġi meqruda f’temp ta’ ftit żmien meta tkun qiegħda fid-dar tagħna għax nittrattawha ħażin jew tkun ġo post ħażin. Il-pjanti għandhom bżonn dawl, arja u umdita’. Mhux kull pjanta għanda bżonn l-istess kura. Hemm pjanti li jgħixu f’ħafna dawl u oħrajn li jgħixu f’dawl li tara taqra. Tajjeb li wieħed ikun jaf x’jisimhom il-pjanti.

Ir-Rampila:
Ir-Rampila huwa isimha bil-Malti, Spider Plant bl’Ingliż u Chlorophytum bil-Latin. Din oriġinat mill Afrika t’isfel u tħobb tkun f’qasrija mdawra bl'għeruq (pot bound), titnissel billi tofroqha jew tieħu miż-żagħar li jkunu mdendlin u tagħmilhom fl-ilma biex joħroġ l-għeruq. Importanti li meta nnislu nibdew bi qsari żagħar. Hija jdeja ħażina li għax nagħmluhom ġo qsari kbar mill bidu dawn se jikbru malajr, anzi l-kontra, dawn se jbatu biex jikbru.

Ir-Rampila nżejnu biha fid-dar billi ndendluha mhux il-fuq ħafna nkella ninsew insaqquha u meta l-ponot tagħha jsiru kannella, dan sinjal li għandha l’għatx. Nindunaw ukoll li hija bil-għatx għaliex meta tmiss il kompost jitfarfar u meta il-kompost tħossu frisk b’subajk, ma jkolliex għatx. Biex inżidulha l-umdita’ fis-sajf nistgħu nisprejjaw l-ilma fuq il-weraq. Meta tkun fid-dawl tikber sabiħa, eżempju ħdejn tieqa, u toħroġa għal-arja darba kulltant. Din il-pjanta nagħtuha fertiliżżant kull gimgħatejn.

Ir-rampila tassorbi l-kimika Formaldehyde. Din il-kimika tinstab f’xi lostru tal-għamara, fiż-zebgħa, u deterġenti. Din il-kimika hija velenuża, tagħmel ħsara lill ġilda, l-għajnejn, u l-griżmejn. Din tista’ twassal għal Kanċer u tista’ tagħmel ħsara fil-moħħ u l-ispina tad-dahar.



Tliet metodi ta’ fertiliżżant magħmul mill qoxra tal-banana:
Il-qoxra tal-banana fiha l-Potassju u Fossfru għalhekk hija tajba għal pjanti speċjalment ix-xitel tad-tadam, qronfol u pjanti li jagħmlu l-fjuri. Il-qoxra tal-banana hija tajba wkoll biex nimsħu l-weraq tal-pjanti.

1.  Aqbad qoxra tal-banana u għamilha ġol-vażett mimli bl-ilma, ħallieh erbgħa u għoxrin siegħa u saqqi bih.
jew
2.  Fil-blender aqbad qoxra tal-banana ma’ litru ilma, ħawwadha u saqqi biha.
jew
3.  Tista’ tqatta l-qoxra tal-banana daqs ta’ żewġ pulzieri, tagħmilhom ġo dixx u friżhom biex ma jeħlux ma’ xulxin. Wara poġġihom fil-ħamrija u maż-żmien tinħall weħida bix-xemx.









Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek