Theme Preview Rss

Innaqqsu l-iskart


L-ewwel post minn fejn nibdew innaqqsu l-iskart huwa mill-ħanut meta mmorru nixtru.

Noqogħdu attenti x’nixtru:
  • Nixtru prodotti li jservu minflok disposable jew li jinkissru malajr.
  • Fejn nistgħu, nipprovaw insewwu l-oġġett qabel ma nixtru ieħor.
  • Nixtru oġġetti li nistgħu nerġgħu nużawhom bħal butir bil-kontenituri biex inkunu nistgħu nużaw il kontenitur tiegħu għal ħaga oħra ezempju niffriżaw xi ikel go fih, niżirgħu fih, nerfgħu ġo fih u aktar.
  • Ixtri dak li għandek bżonn, ikteb lista qabel tmur tixtri.
  • Naqqas mill użu tas-srievet tal-karti u uża srievet taċ-ċarruta.
  • Ixtri prodotti konċentrati bħal juices, detergent tal-ħwejjeg, tat-tlaħliħ u oħrajn.
  • Meta tixtri ikel ippakjat, erġa uża il-kontenitur tiegħu eżempju biex jiekol il-pet minnhu w affarijiet oħra.
  • Uża basket taċ-ċarruta biex tmur tixtri.
  • Meta tirċievi magazines erġa użahom eżempju għall-krafts u oħrajn.
  • Meta tirċievi ittri uża l-parti l-vojta biex tikteb xi noti fuqhom, eżempju tikteb ix-xirja.
  • Uża batterijji rechargeable.
  • Ħu ħsieb il-ħwejjeg u ż-żraben biex iservu aktar.
  • Agħti l-ħwejjeg użati lil min għandu bżonnhom minflok tarmihom jew inkella uża l-materjal tagħhom għal xi ħaga oħra eżempju tfarfir, ħjata u oħrajn.
Jien ħa nkun qiegħda nagħti informazzjoni magħtul iż-żmien kif nistgħu nergħu nużaw.

Basket tal-plastik li mhux bijodegradabbli jieħu mal elf sena biex jiddekomponi, b'hekk minflok tarmih tista' tużah biex taħdem xi ħaga bih.

Basket nistgħu nerġgħu nużawh billi naħdmuh bil-labar, bil-ganċ jew b'għodda oħra.












Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek