Theme Preview Rss

Tindif tal-għamara mhux illostrata

Nixtieq niġbed l-attenzjoni biex meta nagħmlu deterġent aħna ma nużawx fliexken li kienu diġa bid-deterġenti minħabba li jkunu kkontaminati bil-kimika. Għalhekk nissuġerixxi li jew tużaw flixkun tal-ilma jew flixkun ġdid u kull flixkun nimmarkaw għalxiex inhu magħmul. (eżempju wood cleaner)

Ipprova dawn il-metodi fejn ma jidirx l-ewwel ħalli tara jekk jogħġbokx.

Tindif tat-twapet

Tmenin fil-mija tal-ħmieġ ġewwa d-dar ġej minn żraben meta nidħlu ġewwa. Bacteria tista’ tgħix sa erba’ ġimgħat ġot-tapit. Jista jkun li t-tapit li narawh nadif f’għajnejna jkun mimli trab. Mal-elfejn dust mites jistgħu jgħixu fit-tapit.

Il-kura tal-pjanti


Introduzzjoni:
Il-pjanti saru parti mill ħajja tagħna ta’ kuljum u ssib tixtrihom minn kull rokna. Għalkemm meta nixtru xi pjanta jkolla xi tabella zgħira dwar kif għandna nieħdu ħsieba, pjanta li tkun ila taħt idejn il-bniedem li kabbarha tista’ tiġi meqruda f’temp ta’ ftit żmien meta tkun qiegħda fid-dar tagħna għax nittrattawha ħażin jew tkun ġo post ħażin. Il-pjanti għandhom bżonn dawl, arja u umdita’. Mhux kull pjanta għanda bżonn l-istess kura. Hemm pjanti li jgħixu f’ħafna dawl u oħrajn li jgħixu f’dawl li tara taqra. Tajjeb li wieħed ikun jaf x’jisimhom il-pjanti.

Innaqqsu l-iskart


L-ewwel post minn fejn nibdew innaqqsu l-iskart huwa mill-ħanut meta mmorru nixtru.

Deterġent bil-qxur taċ-ċitru

Evitaw li tuzawh fuq l-irħam.

Nirrakkomandalkom biex tibdew terfgħu l-qxur ġo bowl magħluqa fil-friġġ sa għaxart ijiem u sa ma jkollkom biżżejjed biex timlew il-vażett sabiex tkunu tistgħu tagħmlu din it-taħlita.

Kif inżommu l-insetti l-bogħod

Dawn jistgħu jintużaw biex ibiegħdu l-insetti kollha.


Te’ tan-naniegħ:
2 tea bags tan-naniegħ jew kwart ta kikkra naniegħ frisk imqatta ġo litru misħun għal nofs siegħa.
Meta jiksaħ saffieħ u sprejja fuq il-pjanti.

                                                         

Tista' tuża wkoll

Tindif tal-kċina, kamra tal-banju u tal-ħġieġ


Deterġent biex tnaddaf fil-kċina u fil-kamra tal-banju.
Il-cooker, burners, viti tal-ilma, uċuħ tal-cupboard, sinkijiet, toilet seats u l-banju:
  • nofs kikkra bikarbonat
  • għasar lumija u ħawwad sa ma jiġi magħqud
  • Ħalliħ mgħotti. (Importanti)

Ftuħ tal-blog


Illum se niftaħ uffiċjalment dan il-blog li huwa dwar is-saħħa ambjentali li jikkonsisti fuq, kif nistgħu nżommu l-arja ta’ ġewwa aktar nadifa billi nnaqsu kimiċi tossiċi li qegħdin jikkawżawlna ċertu mard bħal Kanċer, Ażżma, mard fil-kliewi, fil-fwied u oħrajn, kif nimmaniġjaw l-iskart, billi nnaqsu, nerġgħu nużaw u nirriċiklaw fost oħrajn, u kif nistgħu nsebbħu d-dar tagħna bil-pjanti u fjuri. Fuq kollox l-ambjent jibda mid-dar...

Xi jfisser li tkun favur l-ambjent?

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek