Theme Preview Rss

Xampu għall klieb

Li taħsel il-kelb huwa importanti kemm għas saħħa u indafa. Barra minn hekk il-kelb juri li hu kuntent bl-imġieba tiegħu. Huwa importanti li l-kelb jinħasel għax fil-kowt tiegħu jakkumila trab, żjut u kimiċi sintetiċi. Għalhekk l-aħjar jinħasel qabel ma jilgħaq dan kollu. Wħud mix-xampu kummerċjali jista' jkollhom ċertu kimiċi u fwejjaħ artifiċjali, għalkemm dawn inadfuh tajjeb jistgħu jikkaġunaw ħsara lill kelb speċjalment jekk ikun pestiċida biex joqtol il-briegħad minn fuq il-kelb.


Xampu għal meta jkollhom gdim tan-nemus u xi briegħad:

  • Kikkra oatmeal mitħun fil-blender qisu tqiq.
  • Kikkra bikarbonat.
  • Kuċċarina sapun likwidu.
  • 4 kikkri ilma fietel.
  • Ħallat oats u bikarbonat fl-ilma fietel.
  • Ħawwadhom sew u żid il-liquid soap.
Conditioner għal wara li taħsel il-kelb:
  • Kuċċarina rosemary niexfa jew magħrfa friska.
  • Pinta misħun.
  • Itfa ir-rosemary fil-flixkun mgħotti għal 10 minuti.
  • Saffih u ħallih jibred.
  • Għorku fuq il-kelb.
  • Ħallih jinxef mingħajr ma tlaħlaħ.
Sprej biex joqtol il-briegħad:
  • Nofs kikkra ilma.
  • Nofs kikkra ħall tat-tuffieħ.
  • Ħallathom flimkien.
  • Sprejja kemm hemm bżonn.
Sprej ieħor għal briegħad:
  • Qatta' lumija f'biċċiet.
  • Agħmilhom ġo 2 kikkri misħun.
  • Ħallihom lejl.
  • Saffiħ u sprejja fuq il-kelb.
Sprej għal fuq il-kullar:
  • Ma' żewġt imgħaref almond oil żid ftit essential oil tas-cinamon, peppermint, rosemary, jew clove.
  • Tużax jekk il-kelb ħa jkollu l-frieħ.
Xampu tal-briegħad:
  • Kikkra sapun tal-platti.
  • Kikkra ħall abjad jew apple cider.
  • 1/3 ta' kikkra gliċerina. (jekk trid)
  • Ftit taqtir tal-lavender jew lemon.
  • Meta taħsel il-kelb ħallih 5 minuti imbagħad laħlaħ.

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek