Theme Preview Rss

Nerġgħu nużaw

Nixtieq naqsam magħkom dawn l’idejat biex nerġgħu nużaw ix-xibka tal-ħaxix jew frott. Issa li qiegħed joqrob il- Milied, għamilt dekorazzjoni ghal din l’okkażżjoni billi erġajt użajt ix-xibka tal-patata billi ħdimtha bil-labar tas-suf u ħloqt siġra tal-Milied żgħira. Bix-xibka tal-basal u affarijiet oħra bħal-tazza tal-ġelat, ftit suf, pum ta' kexxun u ftit wajer, irnexxieli nagħmel anġlu.


Nistgħu nerġgħu nużaw ix-xibka biex :
• Nagħmlu l-fdalijiet tas-sapun fix-xibka għal meta ninħaslu jew inneħħu l-ġilda mejta tal-irkoppa, il-minkeb u s-saqajn.
• Biex naħslu l-borom jew platti billi nitfgħu iżjed xbieki f’xibka waħda u tagħmel għoqda jew taħdimha bil-labar.
• Tpoġġi xibka fil-qiegħ tal-qasrija minflok zrar.
• Tnaddaf il-BBQ jew il-forn.
• Terfa’ l-basal tal-fjuri fihom.
• Titfa l-kalzetti fiha biex taħsilhom fil-magna tal-hasil, għaddilha lazz biex ma joħorgux minnha.
• Terfa’ l-frott u l-haxix fil-friġġ, l-aħjar li tgħaddi lazz biex ma joħroġx minnha.
• Tagħmilha mal-qasrija biex ma jitilgħux magħha l-qtates.


Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek