Theme Preview Rss

Infewħu d-dar


Ħafna huma dawk li jħobbu riħa friska u tfuħ fid-dar tagħhom billi jużaw ċertu air fresheners kummerċjali. Uħud minnhom ikun fihom ingredjenti velenużi bħal phthalates u voc's bħal benzene u formaldehyde. Li wieħed jipprova jfewwah bi fwieħa magħmula minn kimiċi, jkun qiegħed iniġġes l-arja fid-dar. Huwa importanti li nżommu l-kwalita ta' arja l-aktar nadifa fi djarna u li tagħmel air freshener inti hija xi ħaġa fantastika, faċli biex tagħmilha u tifranka l-flus.



Sprej:

  • Kikkra ilma.
  • 2 magħref vodka plain
  • 20 drops essential oil li tixtieq.
  • Ħawwad u agħmilhom ġo flixkun biex tisprejja.
Metodu ieħor:
  • Ross u essential oil.
  • Ħawwadhom flimkien ġo vażett.
Diffuser:
  • Kwart ta' kikkra żejt sunflower jew almond oil.
  • 2 imgħaref vodka.
  • 20 drops essential oil.
  • Bamboo skewers.
  • Ħawwad il-likwidu flimkien ġo vażett b'għonq dejjaq u itfa l-iskewers ġo fih.
  • Kultant żmien dawwarhom.
Metodu ieħor gel:
  • 4 envelopes ġelatina plain (8 imgħaref).
  • Kikkra misħun.
  • Kikkra ilma kiesaħ.
  • Essential oil mill-liem trid.
  • Food colouring.
  • 2 imgħaref melħ.
  • Ġo vażett tal-ħġieġ itfa' ftit kulur u daqs 15 drops essential oil.
  • Itfa l-kikkra tal-misħun ma' l-4 envelopes ġelatina.
  • Ħawwad sa ma tinħall.
  • Itfa l-ilma kiesaħ u l-melħ.
  • Ħawwad sa ma jinħall il-melħ.
  • Ferra ġol-vażetti.
  • Ħawwad b'xi ħaġa disposable.
  • Ħalliha toqgħod lejl.
  • Din isservik madwar xaħar.
Nota: Minflok essential oil tista' tagħmel il-likwidu tal-pot pouree. Tista' wkoll tgħatti l-vażett bil-bizzila u torbtu biż-żigarella jew għatu mtaqqab.

Pot pouree likwidu (tista' tuża ġo kazzola fuq in-nar, fi slow cooker, jew fuq oil burner):
Għal-żmien il-Milied tista' tuża din:
  • Ponn weraq mis-siġra tal-pine.
  • 3 bsaten tal-kannella.
  • 2 magħref imsiemer tal-qronfol.
  • 2 weraq tar-rand.
  • Qoxra ta' larinġa u qoxra ta' lumija.
  • Ġo kazzola bl-ilma fuq in-nar baxx poġġi dawn l-ingredjenti ma' magħrfa żejt għal nofs siegħa.
Metodu ieħor fl-ilma:
  • 2 bsaten tal-kannella.
  • Qoxra tat-tuffieħa.
  • Qoxra tal-larinġa.
  • Mgħarfa msiemer tal-qronfol.
Metodu ieħor fl-ilma:
  • Taqtir tal-vanilla.
  • Qoxra ta' larinġa.
Metodu ieħor fl-ilma:
  • 2 Mgħaref imsiemer tal-qronfol.
  • 2 bsaten tal-kannella.
  • 5 Star anise.
  • Qoxra ta' larinġa.

Metodu ieħor fl-ilma:
  • Imsiemer tal-qronfol.
  • Kuċċarina nutmeg.
Metodu ieħor fl-ilma:
  • 5 weraq tar-rand.
  • Mgħarfa msiemer tal-qronfol.
  • 2 bsaten tal-kannella.
Metodu ieħor fl-ilma:
  • 2 mgħaref imsiemer tal-qronfol.
  • 2 mgħaref all spice.
  • 2 bsaten tal-kannella.
Metodu ieħor fl-ilma:
  • Kikkra lavander niexfa.
  • 5 Star anise.
  • Mgħarfa nutmeg.
  • Mgħarfa msiemer tal-qronfol.
  • Bastun tal-kannella.
Metodu ieħor fl-ilma:
  • 2 Bsaten tal-kannella.
  • Qoxra ta' lumija.
  • Mgħarfa rosemary.
  • Mgħarfa msiemer tal-qronfol.
Dawn il-pot pouree likwidi tajbin biex tnaddaf l-arja fid-dar anke meta jkun hemm il-mard tal-influenza. Tista' żżid ukoll ftit taqtir tal-ewkaliptus biex tiddiżinfetta. Dan il-pot pouree meta ma tużahx agħmlu ġo vażett fil-fridge u jdum gimgħa tajjeb.

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek