Theme Preview Rss

Aktar użu mill qxur taċ-ċitru


Prodotti b’ingredjenti velenużi jagħmlu ħsara lil saħħitna u jikkontaminaw l’ arja ta' fejn ngħixu. Għal tindif fid-dar tista' tagħmel deterġent b’ingredjenti naturali int stess, però nixtieq niġbed l’attenzjoni li l-kelma naturali ma tfissirx safe, għaliex tista' tkun allerġiku għal xi ħaġa li tkun fit-taħlita.


Deterġent għal kollox
  • Qxur taċ-ċitru liema trid.
  • Bastun tal-kannella.
  • Vanilla bean.
  • Ħall abjad.

Fil-vażett itfa’ dawn l’ingredjenti u ħallihom għal erba’ ġimgħat fil-bank tal-kċina. Kulltant żmien żid il-ħall u ħawwad (shake) bil-mod. Wara saffi l-likwidu u agħmel taħlita ta' nofs kikkra minnu ma' kull erba’ litri ilma. Importanti li ma tuzaħx fuq l-irħam u wkoll ferra fis-sink biex ma twaqqax ma l-art, meta ma jkunx imħallat ma l-ilma. Tajjeb biex taħsel l-art u tnaddaf il-kcina u l-kamra tal-banju.

Jekk tippreferi ħwawar minflokk ċitru tista' tagħmel ponn naniegħ imqatta u ponn fjuri tal-lavander l-istess bħall metodu ta' qablu.

Dusters fil-vażett
  • Nofs kikkra qxur tal-lumi.
  • Kikkra ħall abjad.
  • Kikkra ilma.
  • Kuċċarina żejt taż-żebbuġa.
  • Xarrab id-dusters fil-ħall, ilma u żejt, għasarhom u nixxifhom niedja.
  • Erfa’ d-dusters fil-vażett u l-qxur tal-lumi jew li tiggosta r-riha.

Deterġent ieħor.

  • Qoxra ta' lumija.
  • 4 werqiet tal-klin. (rosemary)
  • 4 bsaten tal-kannella.
  • Kwart ta' kikkra msiemer tal-qronfol.
  • 5 taqtiriet żejt tal-ewkaliptus. (essential oil)
Fil-kazzola itfa' 4 kikkri ilma u żid l-ewwel 4 ingredjenti.
Saħħan fuq in-nar sa ma jibda jagħli u ħallih għal-nofs siegħa fuq nar baxx.
Ħallih jiksaħ u ferra ġo vażett u żid l-ewkaliptus.
Biex tnaddaf uża taħlita ta’ kwart ta' kikkra ma' kull 2 kikkri ilma.
Tista' tużah għall art, ħġieġ u mirja.

Għal injam uża 2 kikkri ilma fietel.
3 mgħaref mit-taħlita ta' fuq.
2 taqtiriet sapun tal-platti.
Kuċċarina żejt taż-żebbuġa.
Ħallat kollox flimkien ġo bieqja. (bowl)

Diżżinfettant.
  • Qoxra ta' lumija.
  • 4 kikkri ilma fietel.
  • 6 mgħaref ħall abjad.
  • 3 kuċċarini borax.
Ħallat kollox ġo flixkun biex tisprejja.

Deterġent biex taqla' tidlik tax-xaħam.
  • Nofs kikkra ħall abjad.
  • Nofs kikkra meraq tal-lumi.
  • Għamilhom ġo flixkun biex tisprejja.
Jew

Itfa ftit melħ fejn hu mdellek biż-żjut.
Qatta' biċċa lumija u għasarha fuq il-melħ.
Ħalliha 5 minuti u għorok.
Wara laħlaħ u ixxotta

Għat twapet.
  • Ġo vażett agħmel.
  • 3 kuċċarini qxur taċ-ċitru mitħun. 
  • 2 kikkri bikarbonat.
  • Kikkra borax.
  • Ferrex fuq it-tapit, ħallih biex jassorbi r-riha, joqtol il-mikrobi u joqtol id-dust mites.
  • Wara ivvakumja t-tapit.

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek