Theme Preview Rss

Ingredjenti perikoluzi fil-prodotti

Nużaw mal 160 ingredjent perikoluż fil-prodotti li nużaw fid-dar, li jistgħu jikkawżaw kanċer, ażżma, difetti fit-trabi qabel ma jitwieldu, irritazzjoni, ħsara fin-nervituri, nirien, jivvelenaw, u aktar.
It-terra

It-terra tintuża biex tassorbi l-għaraq, tintuża fl-isports, fil-ġimnastika u fuq it-trabi. It-terra tista' tkun magħmula minn trab li jgħidulhu talc jew talcum powder. Dan jinstab fil-minjieri u nistgħu nsibuh bħala hydrated magnesium silicate. Huwa ingredjent perikoluż għax jista' jwassal għall-kanċer. It-talcum jintuża wkoll biex jagħmlu l-crayons, karti, żebgħa, ċeramika, ġibs, sapun, deodorants, kosmetiċi, u fil-proċess tal-ikel. Iżda il-periklu tiegħu huwa meta jużawh in-nisa fil-parti ġenetika għaliex jista' jikkawża l-kanċer fl-ovaries jew fl-għonq tal-utru. Jista' jikkawża kanċer ukoll fil-pulmun meta jiġi użat għal ħafna drabi. Meta nużaw it-terra fuq it-trabi, l-ewwel nitfgħu ftit fuq il-pala ta' jdejna il-bogħod mit-tarbija u wara indelkuha ma' ġisem it-tarbija. L-agħar ħaġa għat-tarbija huwa meta jtir it-trab tat-terra f'imnifsejha għax tikkawża ħsara fil-pulmun. Talcum powder jintuża wkoll fil-pestiċida u biex joqtol il-briegħad minn fuq il-klieb u l-qtates.

Metodu kif tagħmel it-terra

  • Nofs libra cornstarch.
  • Ma' kwart ta' kuċċarina essential oil tal-lavander.
  • Agħmilhom ġo borża zip lock.
  • Ħalliha erbat ijiem.
  • Wara tista' tużha.

Metodu ieħor
  • Kwart ta' kikkra bikarbonat.
  • Nofs kikkra cornstarch.
  • Kwart ta' kikkra żejt tal-kokonat.
  • Essential oil tal-lavander.
  • Ħallat kollox flimkien.

Metodu ieħor
  • Tista tagħmel nofs vażett tqiq tapoica.
  • L-istess ammont ta' Salvja niexfa u mitħuna.
  • U fjuri tal-lavander imnixfin u mitħuna.
  • Ħallat kollox.

Metodu ieħor
  • 1 part bikarbonat.
  • 6 parti cornstarch.
  • Ħallat kollox.

Terra tal-baby
  • Nofs kikkra cornstarch.
  • Nofs kikkra arrowroot powder.
  • Magħrfa gamumella niexfa u mitħuna.
  • Magħrfa lavander niexef u mitħun.
  • Kwart ta' kikkra oats mitħun.
  • Ħallat kollox flimkien.

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek