Theme Preview Rss

Kif nagħmlu l-kolla

Kullħadd xi darba jiġi bżonn il-kolla u mhux dejjem jinzerta li jkollna meta nigu bżonnha.
Dawn li ġejjin huma kif nistgħu nagħmlu l-kolla għall krafts u jistgħu jużawhom anki tfal zgħar mingħajr periklu meta jċappsu jdejhom u jagħmluhom ġo ħalqhom.

Metodu
  • Kikkra tqiq.
  • Kikkra u nofs ilma.
  • Terz ta' kikkra zokkor.
  • Kuċċarina ħall abjad.
Ġo kazzola ħallat it-tqiq u z-zokkor. Żid nofs l-ammont tal-ilma u ħawwad sa ma tagħqad mingħajr ċapep. Kompli żid l-ilma u ħawwad sa ma tiġi lixxa. Itfa l-ħall u meta tagħqad neħħi minn fuq in-nar u ħalliha tiksaħ. Wara itfa' ġo kontenitur tal-ħġieġ jew plastik u żommha magħluqa u erfgħaha fil-friġġ. Tibqa tajba sa sitt xhur. Tieħu ftit żmien biex tinxef.
Metodu iehor
  • Żewġt imagħref corn syrup.
  • Kuċċarina ħall abjad.
  • Tlett kwarti ta' kikkra ilma.
  • Żewġt imgħaref cornstarch.
  • Tlett kwarti ta' kikkra ilma kiesaħ.
Ħallat l-ewwel tlett ingredjenti ġo kazzola fuq in-nar sa ma tibda' tagħli. Ġo sjuna żgħira ħallat l-ilma kiesaħ u cornstarch, ħawwad, wara żidha mat taħlita tal-kazzola għal minuta. Neħħi minn fuq in-nar. Meta tiksaħ għamilha f’kontenitur. Ħalliha toqgħod lejl qabel tużha.
Metodu ieħor tajjeb biex twaħħal il-kina jew ċaqquf.
Tlett imgħaref gum arabic.
Magħrfa gliċerina.
Nofs kuċċarina ilma.
Ħallat kollox flimkien u erfa' ġo kontenitur magħluq. Applika u żomm l-oġġett marbut għal madwar siegħa jew iżjed. Ixxarrabx l-oġġett li sewwejt qabel ġurnata li twaħħal bil-kolla.
Metodu ieħor għal ħġieġ. 
  • Żewġt imgħaref ilma kiesaħ.
  • Żewġ pakketti (envelopes) ġelatina trab.
  • Tlett imgħaref ħalib xkumat.
  • Dewweb il-ġelatina fl-ilma kiesaħ ġo sjuna.
Għalli l-ħalib u ħawwad il-ġelatina. Użaha meta tkun għada sħuna u erfagħha ġo kontenitur magħluq. Importanti li kull meta tużha terġa issaħħanha bili tpoġġi l-vażett tal-kolla ġo kontenitur bil-misħun u mhux fuq in-nar.
Ħudu gost għamlu l-krafts. :)


Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek