Theme Preview Rss

Il-Ġerbera


Il-Ġerbera hija magħrufa bħala Barberton Daisy u oriġinat mill-Afrika t’Isfel.
Hija pjanta li nistgħu nżommuha ġewwa u tnaddfilna l-arja għax tassorbi l-kimika tossika tal-benzene li tkun fid-dħaħen tas-sigaretti, gassijiet, fibri sintetiċi, plastik, żjut, deterġenti u fost oħrajn. Ma ninsewx li bit-twieqi magħluqin, l-arja kiesħa tax-Xitwa u b-arja kkundizzjonata fis-sajf il-kimiċi tossiċi ma jkollhomx minn fejn joħorġu. Għalhekk waħda mis-soluzzjonijiet biex ngħixu ħajja aħjar hija li nżommu ċertu pjanti li aktar ‘l quddiem nikteb fuqhom. Il-Ġerbera hija pjanta sabiħa u tagħmel fjuri oranġo, ħomor, sofor u bojod. Tikber sa erbgħa u għoxrin pulzier u tikber ġo qasrija ta' dijametru ta' sitt pulzieri u nofs. Tħobb id-dawl bi ftit xemx u bħala tisqija ma tridx ħafna ilma, għal kuntrarju fix-Xitwa bħal pjanti oħrajn, kemm minħabba l-kesħa u l-umdita', il-pjanti għalihom huwa biżżejjed. Għalhekk jekk nisprejjaw ftit ilma fil-wiċċ tal-kompost huwa biżżejjed fl-istaġun tax-Xitwa.
Biex tnissel minn din il-pjanta, tista' tofroqha jew tiżra ż-żerriegħa fir-Rebbiegħa jew fil-Ħarifa f’temperatura ta' 16-18°C jew 61-65°F f-kompost apposta taż-żrieragħ. Importanti li l-kompost ikun jixrob tajjeb l-ilma.

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.


Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek