Theme Preview Rss

Il-Ħabaq


Il-ħabaq insibuh madwar id-dinja, għalkemm jaħsbu li ġie mill India u lvant Nofsani. Hija pjanta tajba biex tikkalma n-nervi, tajba anke ghan-nifs u biex tiftah il-passaġġi tal imnieħer. Meta jkollna xi riħ jew influenza għomod il-weraq tal-ħabaq. (minn werqa sa tnejn)


Nistgħu niżirgħu l-ħabaq ma' taħlita ta' l-istess ammont ta' kompost u ramel, għatti bi ħġieġa, u biex tinbet malajr trid temperatura għolja jew mhux inqas minn 21°C.

Din ix-xitla trid ix-xemx jew f'xi ħoġor tat-tieqa. Hemm dik li ngħidulha sweet basil bil-weraq kbar (ocimum basilicum) u mbagħad hemm il-bush basil (ocimum minimum) bil weraq zgħar. Biex tippreservah aqta' l-weraq u itfgħu fiż-żejt taż-żebbuġa fi ftit melħ. Meta tużah kollu l-weraq, tista' tuża ż-żejt biex tagħmel salad dressing, Tista' żżid tadam imnixxef u tewm fil-vażett. Biex ikollok il-ħabaq għax-xitwa, aqta' l-weraq qabel ma jagħmlu l-fjuri, aħsilhom, itfahom fil-blender, u ppakjhom ġol ice cube tray. Tista' żżid ilma jew żejt taż-żebbuġa, u ifriżhom. Tista' tagħmel hekk ukoll meta tagħmel il-pesto.

Sprej biex ma jiġix in-nemus fuqek:

  • Aqbad ponn weraq tal-ħabaq ġo measuring cup.
  • Itfa kikkra u nofs misħun.
  • Ħallihom għal sagħtejn jew erbgħa.
  • Għasar il-weraq.
  • Għamel il-likwidu ġo flixkun.
  • Żid kikkra u nofs vodka fil-flixkun.
  • Ħawdu bilmod u sprejja fuq il-ġilda.
  • Żommu l-bogħod mit-tfal.

Booster għal-ħwejjeġ:
  • Kikkra bikarbonat.
  • Daqs ponn weraq tal-ħabaq frisk. (Ħallihom sħaħ)
  • Għamilhom ġo kontenitur tal-ħġieġ jew plastik.
  • Ħallih għal-gimgħatejn.
  • Wara, Saffieħ mill weraq.
  • Ma' kull load ħwejjeġ, uża nofs kikkra minn din it-taħlita.
  • Żid id-deterġent magħhom.

Biex infewħu s-saqqu, il-lożor, twapet u seats tal-karozza:
  • 2 kikkri bikarbonat.
  • Ponn ħwawar frisk jew qxur taċ-ċitru mnixxef.
  • Nitfgħuhom ġol-blender.
  • Ġo vażett bl-għatu mtaqqab nitfgħu l-bikarbonat u l-ħwawar.
  • Roxxu fuq dawn l-affarijiet.
  • Meta tlesti, waħħal biċċa plastik minn taħt l-għatu biex ir-riħa mill vażett ma ttirx.

Għat-tlaħlih tal-ħwejjeġ:
  • Ħall abjad.
  • Itfa' l-weraq tal-ħabaq fil ħall ġo vażett tal-ħġieġ.
  • Ħallihom għal ġurnata jew tnejn.
  • Meta tkun ħa tlaħlaħ il-ħwejjeġ minn ġo passatur agħmel kwart ta' kikkra minn din it-taħlita biex ma twaqqax il-weraq fil washing machine.

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek