Theme Preview Rss

In-nemus

Fid-dinja jeżistu madwar 2,500 speċi ta' nemus. Biex nemusa tagħmel iċ-ċiklu tagħha jrid ikolla l-ilma, L-ilma jista' jkun tas-silġ maħlul sa ilma tad-dranaġġ. In-nemusa feminili hija dik li tigdem lill bnedmin u l-annimali biex tixrob id-demm, filwaqt li n-nemus maskil jiekol mis-sugu tal-pjanti. Biex nemusa tbejjed trid tixrob biżżejjed demm, inkella tmut. Hija tgħix madwar xahar filwaqt li l-maskil jgħix ġimgħa.


Bħalissa qed tissemma ħafna n-nemusa Asian Tiger. Din saru jafu biha fl-1985 u oriġinat mill Ġappun. Din infirxet ma pajjiiżi oħra permezz ta' vapur li kien qed iġorr it-tyres. In-nemus u nsetti oħra jmorru fid-direzzjoni fejn jiħodhom ir-riħ. Jgħidulha Asian Tiger għaliex għandha strixxi bħal tat-tigra. Din tista tbid f'ċokon bħal tapp tal-ilma sa kobor bħal għadajjar. Minn barra li tixrob id-demm, in-nemusa tħallilna l-velenu li jqabbadna l-ħakk, anke jista' jibqa' jaffettwa għal jumejn. Dan il-velenu jista' jħalli allerġija lil ċertu nies li jkollhom jispiċċaw jieħdu l-mediċina.

Nistgħu nevitaw li nħallu l-ilma f'xi barmil meta jkun barra, fil-plattini tal-qsari, għadajjar fil-ħofor u oħrajn. In-nemus javviċinana għaliex jattira ruħu mill Carbon Dioxide, li noħorġuh minn nifs tagħna, meta nkunu lebsin ħwejjeġ skuri, meta t-temperatura tal-ġisem tkun aktar sħuna u jkollna l-għaraq u meta nużaw xi fwieħa tal-frott jew fjuri. Iħobbu jabitaw fil-pjanti imħabba l-umdita. L-ikel li nieklu jaffettwa wkoll, speċjalment ikel mielaħ u li fih il-potassium.

Biex inbiegħdu lin-nemus minna, nistgħu nidilku ftit estratt tal-vanilla fuq il-polz dirett mill flixkun jew imħallat bl-ilma, nistgħu nagħmlu taħlita ta' garlic powder u ilma, inġibuh magħqud u nagħmluh fuq il-polz, wara l-irkoppa u l-ekiesi. Nistgħu nużaw ukoll taħlita ta' essential oils bħal t.tree oil u lavander u ilma distillat u tisprejja fuq il-persuna, iżda evita l-ħalq u l-għajnejn.

X'nistgħu nagħmlu meta ningidmu minn nemus?

  • magħrfa bikarbonat ma' pinta ilma, u ċappas bit-tajjara. (Importanti li jdejna jkunu nodfa)
  • Xarrab tajjara bil ħall tat-tuffieħ u ħalliha għal ftit.
  • Idlek silġa fuq il-gidma.
  • Applika toothpaste fuq il-gidma. (Toothpaste abjad u mhux gel)
  • Tista' togħrok bis-sapuna fuq il-gidma.
  • Tuża mouthwash bit-tajjara fuq il-gidma.
  • Dellek essential oil tal-lavander fuq il-gidma, jew t.tree oil.
  • Dellek gel mill werqa tal-Aloe Vera billi tqaxxarha u toħdilha l-gel.
  • Ċappas bil ħabaq frisk fuq il-gidma.
  • Dellek il-ġewwieni tal-qoxra tal-banana.
  • Dellek bil-qoxra tal-lumi, basla jew larinġa.
  • Dellek il-ġewwieni tal-qoxra tal-bajda.
  • Dellek bl-għasel.
Metodu biex tagħmel sprej:
  • 6 jew 8 sinniet tewm.
  • 3 jew 4 bżar aħmar tal-filfel.
  • 3 kikkri ilma.
  • Magħrfa sapun likwidu.
  • Fil-blender ħawwad it-tewm, il-bżar u l-ilma.
  • Ħallieħ joqgħod sagħtejn jew lejl.
  • Wara saffi fil-passatur u l-aħjar li tuża filter tal-kafe wkoll, biex jinżel il-likwidu biss, għal ġol vażett tal-ħġieġ, u mportanti li t-tapp ikun tal-plastik.
  • Uża magħrfa minn din it-taħlita konċentrata ma' nofs litru ilma.
  • Tista' tisprejja fuq il-pjanti fejn tara n-nemus jew fuq in-nemus dirett.
Kif nagħmlu nasba:
  • 2 kikkri ilma.
  • Nofs kikkra zokkor.
  • Nofs kikkra ħall kannella jew tat-tuffieħ.
  • Flixkun tal-ilma maqsum mill parti ta' fuq u ndawruh bil kontra bħala lembut.
  • Niksu l-flixkun b'karta sewda biex inżidu ċ-ċans li naqbdu n-nemus.
  • Jekk tagħmel iżjed minn nasba waħda, tiksihomx kollha ħalli tattira aktar insetti differenti.
Riċetta kif nagħmlu l-Carbon Dioxide:



  • Kikkra misħun.
  • 2 kikkri zokkor ismar.
  • Magħrfa ħmira.
  • Qattra sapun tal-platti.
  • Ħalli z-zokkor jinħall fil-misħun sa ma t-temperatura tiġi 40°C.
  • Meta jibred itfa' fil-flixkun u żid il-ħmira u s-sapun.
  • Importanti li ma tħawdux u jieħu ż-żmien biex dan jiffermenta.
  • Ma din it-taħlita hemm bżonn li jinkesa l-flixkun.

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek