Theme Preview Rss

Il-kamla


Il-kamla insibuha fil-gwardarobba, f'xi kexxun u ma ċertu ikel fil-bank tal-kċina. Il-kamla hija farfett imma tibda' tiekol il-ħwejjeġ meta tkun għada Caterpillar u tgħix minn ħamsa u tletin ġurnata sa sentejn u nofs, u tbit mal-mitejn bajda.


Hija tiekol il-ħwejjeġ magħmula minn suf, fur u rix. Il-qoton, il-ħarir u l-fibra sintetika ma tikolhiex. Hija tiġi fil-gwardarobba minħabba li jkun hemm it-trab fl-irkejjen, u jekk ikun hemm ħwejjeġ merfugħa imma mhux maħsulin. Għalhekk hija tiekol fejn hemm it-tbajja tal-għaraq jew tbajja oħra, tiekol ukoll xi frak milli jibqa' fuq il-ħwejjeġ meta ma jinħaslux, bħal pereżempju xagħar, frak tal-ikel, u oħrajn. Importanti li nżommu l-kxaxen u il-gwardarobba nadifa billi nivvakumjawha jew nimsħuha b'taħlita ta' ħall u ilma, jew ilma u sapun. Tajjeb ukoll li l-ħwejjeġ nerfgħuhom ġo kontenitur air tight u nitfgħu taħlita ta' ħwawar minnflok il-boċċi tal-kamla, għaliex dawn ikun fihom il-kimika bħal, napthalene jew paradichlorobenzene li jistgħu jwasslu għal kanċer għaliex huma tossiċi u jeqirdu ċ-ċelloli tad-demm. Barra minn hekk iniġġsu l-arja ta' ġewwa u jikkawżaw uġiħ ta' ras, sturdament, qtugħ ta' nifs, demm fl-urina u oħrajn. Biex noqtlu l-kamla, jekk il-materjal ma jinħasilx, nagħmluh ġo borża tal-plastik u nifriżawh fil-friża, jew nonxruh fix-xemx għax il-kamla jdejjaqha id-dawl u taqa minn mal-ħwejjeġ, l-istess it-twapet li ma jinħaslux, nagħmluhom fix-xemx. L-isteamer toqtolhom ukoll.

Il-kamla tal-ikel, tħobb l-ikel tal-klieb, ċereali, etc. Importanti li nagħlquhom air tight. L-istess innaddfu l-cupboard bħal ma nnaddfu l-gwardarobba.

Nasba għal kamla:

  • Nużaw (1) parti molasses ma' 2 partijiet ħall.
  • Nagħmluhom ġo kontenitur isfar, għax il-kulur jatratta lill kamla.
  • Meta jitħammeġ, inbidluh.

Sachets bil-ħwawar għal-gwardarobbi u kxaxen: (Il-ħwawar iservu sa 3 xhur) 
  • Taħlita ta' rosemary u naniegħ, l-istess ammont.
Sachet oħra:
  • Żewġt imgħaref imsiemer tal-qronfol.
  • Żewġt imgħaref boċċi tal-bżar. (pepper corns)
  • Daqs tliet bsaten tal-kannella imfarkin.
Sachet oħra:
  • Ftit lavander imnixxfa.
  • Ftit qxur tal-lumi imnixxfa.
  • Bastun tal-kannella imfarrak.
Sachet oħra:
  • Ftit ċana tal-injam tas-ceder.
  • Ftit sagħtar.
Sachet oħra:
  • Ftit nanieħ.
  • Ftit rosemary.
  • Nofs l-ammont sagħtar.

Tista' tagħmel ukoll ftit żejt tal-eucalyptus fuq it-tajjar.
Tista' tagħmel ukoll il-ħwawar f'xi biċċa tights imqatta jew drapp.

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek