Theme Preview Rss

Il-melħ


Ħafna jaħsbu li l-melħ jintuża biss fil-kċina għat-tisjir.  Jintuża wkoll fl-industrija, fil-kura medika u oħrajn. Il- melħ huwa element essenzjali fid-dieta, mhux biss għal bniedem imma wkoll għall annimal. Hemm ma l-erbatax-il elf użu mill-melħ, li nannietna kienu familjari ma' ħafna minnhom u li wħud minnhom għadhom validi sal-ġurnata tal-llum. L-ebda kċina ma tgħaddi mingħajr melħ. Dawn li ġejjin huma ħjiel ta' kif tista' tuża l-melħ.

  • Meta tinkiser bajda mal-art, itfa' ftit melħ fuqha biex tkun tista' tixxotta mingħajr ċaflis.
  • Meta tgħalli l-bajd fuq in-nar itfa' ftit melħ mal-ilma qabel ma jibda' jagħli biex il-bajd jitqaxxar aħjar.
  • Biex tkun taf jekk il-bajd huwiex frisk, ma' kikkra ilma itfa' 2 kuċċarini melħ u jekk il-bajda tinżel fil-qiegħ ikun ifisser li hi friska, jekk tibqa' fil-wiċċ il bajda ma tkunx friska. (ofsoqha għaliha biex jekk tkun tinten tarmiha)
  • Meta  iżżid il melħ mal-ilma biex jagħli, it-temperatura tiżdied iżjed malajr u hekk tkun qiegħda tnaqqas il-ħin fit-tisjir.
  • Meta tqaxxar it-tuffieħ, lanġas u patata u tagħmilhom fl-ilma kiesaħ bi ftit melħ, il-kulur tagħhom ma jinbidilx.
  • Meta it-tuffieħ jitkemmex xarbu fl-ilma mielaħ biex jillixxa.
  • Meta taħsel l-ispinaċi fl-ilma mielaħ il-ħamrija  toħrog iżjed malajr u hekk ma jkun hemm għalfejn terġa taħsilha.
  • Qabel ma tkun se sservi l-insalata roxx ftit melħ biex tkun tqarmeċ.
  • Meta it-taġen ikun imdellek biż-żejt qabel taħslu ferrex ftit melħ u imsaħ bis sarvetta tal-karti u aħslu normali.
  • Meta l-kikkri jittebbgħu bit-te’ jew kafe’ għorokhom bi ftit melħ ma l-isponża.
  • Meta t-tazzi jiċċappsu bil-lipstik uża ftit melħ ma l-isponża.
  • Biex tnaddaf il-burners jew il-forn meta jkunu għadhom sħan ferrex ftit melħ u ftit ħwawar tal- kannella, meta jinxfu imsaħ biċ-ċarruta jew uża xkupilja.
  • Meta waqt it-tisjir ikun hemm in-nar minħabba xi żejt itfa' il-melħ jaħdem l-istess bħall- bikarbonat.
  • Biex tnaddaf il cutting board, l-ewwel aħsel bis-sapun tal-platti, imbagħad uża l-melħ biex toqtol il-mikrobi u tneħħi l-irwejjaħ, wara ftit tal-ħin laħlaħ bl-ilma.
  • Biex innaddfu il-ħadida tal-mogħdija poġġi ftit melħ fuq karta strazza u għaddi l-ħadida minn fuqha meta tkun għada sħuna, wara li tiksaħ imsaħha b-ċarruta niedja.
  • Biex tnaddaf id-drejn tas-sink, itfa' kikkra melħ, kikkra bikarbonat u nofs kikkra ħall abjad, wara għaxar minuti itfa' daqs żewg litri misħun, tista' terġa titfa' il-misħun wara.
  • Meta l-ikel jiġi mielaħ, fil-borma itfa' patata biex tassorbi il-melħ.
  • Biex tnaddaf il-laned li ssajjar il-pastini jew kejkijiet li jkunu bis-sadid, għorokhom bil-patata imċappsa bil-melħ.
  • Meta l-għamara tittebba bi ċrieki tat-tazzi għax ikunu imxarrbin minn taħt  jew b’xi ħaga taħraq, uża żejt u melħ u għorok b-subgħajk, wara sagħtejn imsaħ b’ċarruta niedja u illostra.
  • Biex tnaddaf fjuri artifiċjali,  itfa' kwart ta' kikkra melħ ġo borża tal-karti u poġġi l-fjuri rashom l-isfel fil-borża u ċaqlaqha l’hemm u l’hawn (shake)
  • Biex il-fjuri jibqgħu friski iżjed fit-tul, fil-vażun itfa' ponta ta' kuċċarina melħ.
  • Biex tnaddaf il-vażun wara li tarmi l-fjuri,  għorok bil-melħ.
  • Jekk trid tneħħi toqba mill ħajt, ħallat l-istess ammont ta' lamtu, melħ u ftit ilma u wara li tħawwadhom flimkien imla t-toqob bħall marki tal-imsiemer.
  • Biex il-ħwejjeġ tal-qoton u linen jerġgħu jieħdu l-kulur, għallihom għal siegħa ġo ilma bil melħ u bikarbonat.
  • Tbajja tad-demm imorru jekk ixxarrabhom fl-ilma kiesaħ bil-melħ, u wara aħsel bil-fietel bid-deterġent.
  • Għall moffa fuq il-ħwejjeġ, xarrab bil-melħ u meraq tal-lumi, nixxef fix-xemx, wara siegħa laħlaħ u nixxef.
  • Ghat tbajja tal-għaraq uża 4 magħref melħ ma' litru ilma
  • Biex il-kulur minn fuq il-ħwejjeg ma jiċċarax meta jkun għadu ġdid, u kulur wieħed u mhux imżewwaq,  xarbu ma' kull 4 litri ilma,  uża nofs kikkra ħall abjad u nofs kikkra melħ,  l-istess għax xugamani.
  • Għall uġiegħ tal-artrite, bughawwiġ u uġiegħ fid-dahar żid ftit melħ fil-banju meta tkun se tinħasel.
  • Ghas-sulluzzu agħmel ftit melħ fuq ilsienek.
  • Biex il-ġobon iebes jibqa' tajjeb, geżwru ġo sarvetta imxarrba bl-ilma mielaħ.
  • Biex il-kamoxxa tibqa' ratba, laħlaħa bl-ilma fietel bil-melħ.


Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek