Theme Preview Rss

Ir-Ram


Ir-ram maż-żmien jibdel il-kulur minħabba rejazzjoni kemikali ta’ bejn il-metall u l-ossiġnu fl-arja ta’ madwarna. Jitħammeg ukoll bit-trab u bil-marki tas-swaba. L-aħjar ħaga qabel ma nnaddfu r-ram naraw huwiex ram solidu jew ibbanjat bil-laker. Nindunaw billi nużaw il-kalamita u jekk teħel ma' l-oġġett ikun ifisser li mhuwiex solidu. Jekk il-kalamita ma teħilx ikun ifisser li r-ram huwa solidu. Mela meta mhuwiex solidu ma nużawx deterġent ħlief li nfarfruh jew jekk ikun imċappas b’xi ħaga jintmesaħ b-ċarruta niedja u wara importanti li tixxotta sewwa.


Għar-ram solidu meta niġu biex innadfuh nistgħu nużaw ingredjenti li nsibu fil-kċina. Dejjem għandna nimsħu skont id-direzzjoni tad-disinn u mhux direzzjoni ċirkulari.
Meta nkunu qegħdin nużaw ċerti prodotti kummerċjali jistgħu jkollhom kimiċi tossici bħall VOCs fosthom il- formaldehyde li jistgħu jikkawżaw ażżma, diffikulta biex nitkellmu u biex nimxu, nuqqas ta' memorja, ħsara fil- kliewi u fil-fwied u iżjed għar il-kanċer.
Metodu biex inneħħu tbajja fir-ram:
Tista' tnaddfu biz-zalza tat-tadam jew soss tat-tadam.

Jew
Ogħrok biċċa lumija fejn hu mtebba
Jew
l-istess ammont ta’ melħ u cornstarch ma' ftit meraq tal-lumi u ħawwad sa ma jiġi krema.
Idlek fuq l-oġġett u wara laħlaħ b-ilma fietel u sapun u erġa’ laħlaħ, importanti li tixxotta sew.

Metodu Ieħor
L-istess ammont ta' melħ fin, tqiq abjad u ħall abjad.
Ħawwad kollox flimkien u imsaħ fuq l-oġġett, ħallih sa siegħa jew inqas u aħsel bl-ilma, wara ixxotta sew. Tista' tidlek ftit żejt taż-żebbuġa biex jiġi jleqq u tipproteġih milli jittebba.

Jew
  • Nofs kikkra tqiq.
  • Kikkra ħall abjad.
  • 3 kuccarini melh
Jew

  • Kuccarina melh.
  • Nofs kikkra hall abjad.
  • Tqiq biex jigi maqghud.
Metodu ieħor
Parti meraq tal-lumi ma żewġ partijiet cream of tartar.
Ħallih għal madwar nofs siegħa u wara laħlaħ u ixxotta sew.

Metodu għal meta r-ram jiħdar:
  • Żewġ kikkri ħall abjad.
  • Żewġ kikkri ilma.
  • Kwart ta' kikkra melħ.
  • Għalli fuq in-nar u itfi.
Poġġi l-oġġett f’din it-taħlita għal madwar kwarta jew xarrab tajjara f-din it-taħlita u imsaħ ir-ram. Tista' tirdoppja l-ammont jekk se titfa l-oġġett fih. Wara laħlaħ bl-ilma u ixxotta sew.

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.


Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek