Theme Preview Rss

Il-Basal


Il-Basal oriġina fil-lbic tal-Asja, u issa huwa ikkultivat madwar id-dinja. Jintuża fit-tisjir kif ukoll bħala ħxejjex mediċinali.
Il-basal għandu wħud mill kimiċi li huma ta' beneffiċċju għal qalb u ċ-ċirkulazzjoni, filwaqt li meta jintuża bħala ħxejjex mediċinali, huma tajbin biex joqtlu l-infezzjoni tar-riħ, jew sogħla, bħala antibijotiċi naturali. Meta l-basla tittiekel nejja, tgħin biex tnaqqas il-livell tal-kolesterol u traqqaq id-demm, u hekk tnaqqas it-tendenza li jkun hemm demm magħqud li jista' jikkawża trombożi u puplesija. Bħala ħaxixa mediċinali basla zgħira tista' tixwiha u tużha għall uġiegħ fil-widna. Il-basal aħmar huwa tajjeb meta jkollna riħ u mard ieħor. L-iżvantaġġ tal-basal huwa li meta jittiekel nej jagħmel ir-riħa fil-ħalq, tista' tiekol xi naniegħ jew tursin biex tneħħi r-riħa fil-ħalq. Importanti li noqogħdu attenti li ma nħallux basal li nkunu qaxxarna u li qsamna, fuq il-bank tal-kċina għaliex din tassorbi il-mikrobi u jekk nużawha fit-tisjir se tkun velenuża. Iżda jekk hemm xi persuna marida bl-influwenza tajjeb li tħalli basla mqaxxra u tneħħilha l-parti ta' fuq u isfel biex tassorbi il-mikrobi tal-pazjent, wara armi l-basla. Meta terfagħha fil-friġġ poġġijha ġo kontenitur magħluq. 

Għas-sogħla:
Tista' tuża basla imqatta roti u tagħmilha ġo vażett, l-ewwel itfa' ftit zokkor abjad jew ismar jew għasel u ma' kull biċċa basla għamel iz-zokkor meta tkun għamilt il-biċċiet tal-basla kollha erġa' itfa' z-zokkor. Agħlaq il-vażett u ħallih lejl. Tista' tieħu mgħarfa kull siegħa jew aktar. Żomm il-vażett fil-friġġ, u wara jumejn agħmel taħlita ġdida. 
Għal meta jkollna riħ tajjeb li tagħmel soppa tal-basal jew brodu tat-tiġieġa. 
Għal meta jkollna il-katarru tista' tagħmel mistura billi tuża' mgħarfa għasel, mgħarfa meraq tal-lumi, mgħarfa wiski, mgħarfa gliċerina ma' ħames imgħaref ilma. Teħodha bħall mediċina mgħarfa tlett darbiet kuljum. 
Għal meta jkollna sajnus xarrab facecloth bl-ilma, saħħanha u poġġiha fuq wiċċek, liktar fuq l-imnieħer. Jekk iżżomm basla taħt l-imnieħer għal ftit se ġġiegħlek tbattal imnieħrek. Tajjeb ukoll meta tagħlli l-patata bil-qoxra uża l-ilma wara li tagħddih mill-passatur, billi tpoġġi xugaman fuq rasek u ħu in-nifs biex tbattal is-sajnus. 

Għal meta jkollna xi uġiegħ qatta 2 basliet u ftit żejt castor oil jew sesame oil u żagħfran tal-Indja (turmeric)u meta il-basal jirtab itfgħu ġo ċarruta u żommha fuq l-uġiegħ. 
Il-basal jaħdem kontra l-kanċer, tajjeb li nieklu tal-inqas 100 gramma ta' basal kuljum. Huwa tajjeb ukoll għal meta jeħfief ix-xagħar billi tuża il-meraq ta' basla wara li għaddejta fil-blender uża mal-qurriegħa għal 40 minuta, wara aħsel xagħrek. Ibqa agħmel hekk għal xahrejn. 
Il-basal tajjeb biex tneħħi r-riħa taż-żebgħa wara li tkun żbajt il-kamra billi tpoġġi basla ġo sjuna bl-ilma. 
Meta jissaddu xi skieken daħħalhom fil-basla biex jinqala s-sadid.
Biex tnaddaf il-grill tal-barbikju daħħal furketta fil-basla u naddaf biha. 
Biex ma jaħarqukx għajnejk meta tqatta' l-basal l-ewwel xarrabha jew agħmilha fil-friża għal kwarta. Tista' ukoll tqattaha mit-tul biex ma jaħarqukx għajnejk. 

Tista' tnaddaf il-metall bħal frieket, kuċċarini u oħrajn. għorok bil-basla. 
Meta terfa il-basal żommu il-bogħod mill-patata għax il-basal jitħassar malajr. Biex iservi fit-tul aqbad tajts li jkun tqatta' u kull darba li titfa' basla agħmel għoqda. Fl-aħħar dendel il-basal. 


Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek