Theme Preview Rss

Il-Moffa


Il-moffa tixbaħ lilll pjanta, tħobb is-sħana, dlam u umdita, tikber minn spori li bilkemm jidhru, jipproduċu u jimlew is-soqfa, ħitan, injam, twapet, fili tal-madum, ġilda, karti, ħoġor tat-twieqi u anki l-ħobż. Il-moffa hija perikoluża għax tniġġeż l-arja fid-dar tagħna u hija tossika. Tista' toħloq problemi serji bħall ażżma, dippressjoni, uġiegħ ta’ żaqq, uġiegħ fil-buzzieqa ta’ l-urina, uġiegħ fil-kliewi, mard fil-ġilda, problemi fil-vista ta’ l-għajnejn, dardir, attakki tal-qalb, kanċer u oħrajn. Mela l-aħjar ħaġa li għandna nagħmlu hu li neħilsu minnha kif tibda tidher, biex ma nħalluwhiex tinfirex. 

  • L-ewwel ma niċċekjaw hu jekk hemmx x’imkien iqattar l-ilma. 
  • Nistgħu nużaw dehumidifier.
  • Inperrċu u nħallu l-arja tiċċirkola billi niftħu t-twieqi għal ftit tal-ħin. 
  • Inħallu x-xemx issaħħan id-dar billi nressqu l-purtieri.
  • Wara li ninħaslu niftħu għal-ftit ħin it-tieqa tal-kamra tal-banju biex jitlaq il-fwar. 
  • Jekk nużaw arja ikkundizzjonata li ssaħħan ukoll, naraw li l-filters huma nodfa. 
  • Meta nkunu se nfarfru l-moffa noqogħdu attenti li ma ntajrux biex l-ispori ma jikbrux x’imkien ieħor. Għalhekk l-ahjar li nagħmlu karta gazzetta biex it-trab jaqa' fuqha u narmuha, jew nimsħu b’ċarruta niedja biex ma jtirx it-trab. Importanti li ma nirfsux dak li jaqa' biex ma nkaxkruħx x’imkien ieħor. 
  • Il-moffa tista' titkaxkar mal-ħwejjeġ, maż-żarbun, ma' ġisimna u mal-pets. Jekk hemm ħafna moffa wieħed għandu jilbes maskla biex jipproteġi meta jkun se ineħiha. 
  • Għandna niċċekjaw fil-gwardarobbi jekk hemmx xi ħwejjeġ magħmula minn ġilda humiex bil-moffa għax tista' tinfirex u toħloq problema u anki tagħmel riħa xejn pjaċevoli. 

Kif nistgħu nneħħu l-moffa?Il-prodotti kummerċjali jistgħu ikun fihom ingredjenti perikolużi u wieħed dejjem għandu jara t-tikketta minn x’hiex hu magħmul il-prodott. Iżda nistgħu nużaw xi ħaġa li ma tagħmilx ħsara lil saħħitna bħall ħall abjad, tista’ tuzah waħdu jew ma l-istess ammont ta' ilma. 
  • Aqua ossiginata (Hydrogen peroxide 3% jew 6%) waħdu jew imħallat 1:2 ma' l-ilma
  • Nofs kikkra bikarbonat mas sapun likwidu.
  • Żewġ kikkri ilma ma' 2 kuċċarini T Tree oil ġo flixkun u sprejja. Wara ftit imsaħ.
  • Kwart ta’ kikkra bleach ma' kikkra u nofs ilma u magħrfa borax, sprejja u ħallih nofs siegħa u imsaħ. 
  • Qatt ma għandek tħallat bleach ma' deterġent ieħor għax huwa tossiku. 

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.


Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek