Theme Preview Rss

Kif nagħmlu l-kolla

Kullħadd xi darba jiġi bżonn il-kolla u mhux dejjem jinzerta li jkollna meta nigu bżonnha.
Dawn li ġejjin huma kif nistgħu nagħmlu l-kolla għall krafts u jistgħu jużawhom anki tfal zgħar mingħajr periklu meta jċappsu jdejhom u jagħmluhom ġo ħalqhom.

Aktar użu mill qxur taċ-ċitru


Prodotti b’ingredjenti velenużi jagħmlu ħsara lil saħħitna u jikkontaminaw l’ arja ta' fejn ngħixu. Għal tindif fid-dar tista' tagħmel deterġent b’ingredjenti naturali int stess, però nixtieq niġbed l’attenzjoni li l-kelma naturali ma tfissirx safe, għaliex tista' tkun allerġiku għal xi ħaġa li tkun fit-taħlita.

Nerġgħu nużaw

Nixtieq naqsam magħkom dawn l’idejat biex nerġgħu nużaw ix-xibka tal-ħaxix jew frott. Issa li qiegħed joqrob il- Milied, għamilt dekorazzjoni ghal din l’okkażżjoni billi erġajt użajt ix-xibka tal-patata billi ħdimtha bil-labar tas-suf u ħloqt siġra tal-Milied żgħira. Bix-xibka tal-basal u affarijiet oħra bħal-tazza tal-ġelat, ftit suf, pum ta' kexxun u ftit wajer, irnexxieli nagħmel anġlu.

Infewħu d-dar


Ħafna huma dawk li jħobbu riħa friska u tfuħ fid-dar tagħhom billi jużaw ċertu air fresheners kummerċjali. Uħud minnhom ikun fihom ingredjenti velenużi bħal phthalates u voc's bħal benzene u formaldehyde. Li wieħed jipprova jfewwah bi fwieħa magħmula minn kimiċi, jkun qiegħed iniġġes l-arja fid-dar. Huwa importanti li nżommu l-kwalita ta' arja l-aktar nadifa fi djarna u li tagħmel air freshener inti hija xi ħaġa fantastika, faċli biex tagħmilha u tifranka l-flus.

Xampu għall klieb

Li taħsel il-kelb huwa importanti kemm għas saħħa u indafa. Barra minn hekk il-kelb juri li hu kuntent bl-imġieba tiegħu. Huwa importanti li l-kelb jinħasel għax fil-kowt tiegħu jakkumila trab, żjut u kimiċi sintetiċi. Għalhekk l-aħjar jinħasel qabel ma jilgħaq dan kollu. Wħud mix-xampu kummerċjali jista' jkollhom ċertu kimiċi u fwejjaħ artifiċjali, għalkemm dawn inadfuh tajjeb jistgħu jikkaġunaw ħsara lill kelb speċjalment jekk ikun pestiċida biex joqtol il-briegħad minn fuq il-kelb.


Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek