Theme Preview Rss

Ingredjenti perikoluzi fil-prodotti

Nużaw mal 160 ingredjent perikoluż fil-prodotti li nużaw fid-dar, li jistgħu jikkawżaw kanċer, ażżma, difetti fit-trabi qabel ma jitwieldu, irritazzjoni, ħsara fin-nervituri, nirien, jivvelenaw, u aktar.

Nerġgħu nużaw t-shirt

Meta jasal żmien li naqalgħu l-gwardarobba jew il-kxaxen, forsi nsibu ħwejjeġ li għadhom tajbin iżda forsi qdiemu jew m'għadhomx jiġuna. Minflokk li narmuhom nistgħu:

  • Nagħtuhom lil xi ħadd ieħor.
  • Nużawhom għat tfarfir.
  • Jew nużawhom għal krafts.

Il-kamla


Il-kamla insibuha fil-gwardarobba, f'xi kexxun u ma ċertu ikel fil-bank tal-kċina. Il-kamla hija farfett imma tibda' tiekol il-ħwejjeġ meta tkun għada Caterpillar u tgħix minn ħamsa u tletin ġurnata sa sentejn u nofs, u tbit mal-mitejn bajda.

Il-Ħabaq


Il-ħabaq insibuh madwar id-dinja, għalkemm jaħsbu li ġie mill India u lvant Nofsani. Hija pjanta tajba biex tikkalma n-nervi, tajba anke ghan-nifs u biex tiftah il-passaġġi tal imnieħer. Meta jkollna xi riħ jew influenza għomod il-weraq tal-ħabaq. (minn werqa sa tnejn)

In-nemus

Fid-dinja jeżistu madwar 2,500 speċi ta' nemus. Biex nemusa tagħmel iċ-ċiklu tagħha jrid ikolla l-ilma, L-ilma jista' jkun tas-silġ maħlul sa ilma tad-dranaġġ. In-nemusa feminili hija dik li tigdem lill bnedmin u l-annimali biex tixrob id-demm, filwaqt li n-nemus maskil jiekol mis-sugu tal-pjanti. Biex nemusa tbejjed trid tixrob biżżejjed demm, inkella tmut. Hija tgħix madwar xahar filwaqt li l-maskil jgħix ġimgħa.

African Violet

Imsemmija ghal Baruni Walter Von Saint Paul-Illaire. (1860-1910) Huwa Ġermaniż, sab il-pjanta St Paula jew African Violet gol-Afrika tal-lvant, fl-aħħar tas-seklu dsatax. Din tassorbi l-kimika formaldehyde.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek