Theme Preview Rss

Użu bil-lumi

Il-meraq tal-lumi hu l-aħjar deterġent, naturali u joqtol il-mikrobi wkoll. Minbarra li għandu riħa tfuħ, ma jagħmilx ħsara lil-ċertu drapp u l-injam mhux illostrat. IMPORTANTI: Tuzaħx fuq l-irħam.


Tista' tnaddaf il-viti tal-ilma magħmulin mill kromju u mhux plated billi.

  • Taqta' felli lumija.
  • Tbilla fil-melħ.
  • Togħrok il-vit.


Tista' tnaddaf il-cutting board billi:

  • togħrok bil-meraq tal-lumi.
  • Tħalliħ sa ma titlaq it-tebgħa anke lejl sħiħ.
  • Wara laħlaħ sew.


Għal fili tal-madum tal-ħajt:

  • Agħmel paste ta' meraq tal-lumi u 2 kuċċarini cream of tartar.


Għal microwave: 

  • Poġġi 3 kwarti ta' kikkra ilma u 2 magħref meraq tal-lumi.
  • Saħħan il-microwave  għal 3 minuti.
  • Ħalliħ magħluq 10 minuti.
  • Wara imsaħ it-titjir tal-ikel b'ċarruta nadifa u nixxef sew.


Neħħi t-tbajja tas-sadid mill cotton u l-polyester billi:

  • IMPORTANTI: Tużahx mal-ħarir u drapp delikat, dejjem ipprova fejn ma jidhirx.
  • Tagħmel paste ta' meraq tal-lumi u cream of tartar u ogħrok fuq it-tebgħa.
  • Ħalliha għal nofs siegħa.
  • Wara aħsel normali u nixxef fix-xemx.

Jew biex tneħħi t-tbajja tad-demm, ħaxix u sadid:
  • Ċappas melħ u meraq tal-lumi fuq it-tebgħa.

Biex tbajjad il-ħwejjeġ bojod Uża:
  • IMPORTANTI: Tużahx mal-ħarir u drapp delikat, dejjem ipprova fejn ma jidhirx.
  • Nofs kikkra meraq tal-lumi ma' kull gallun (4 litri) ilma.
  • Ħallihom jixxarbu.
  • Imbagħad aħsel normali.

Min iħobb jagħlli l-kalzetti jew is-srievet fuq in-nar:
  • Itfa' biċċa lumija mal-ilma.

Meta jkun hemm moffa mal-ħwejjeġ jew eżempju srievet:
  • Agħmel taħlita indaqs ta' meraq tal-lumi u baking powder.
  • Ħalliħ sagħtejn u laħlaħ.

  • Tista' tlaħlaħ il-ħwejjeġ bojod b'nofs kikkra meraq tal-lumi fir-rinse cycle.

Biex tneħħi rwejjaħ eżempju ħut jew tewm minn idejk:
  • Ħallat meraq tal-lumi w ilma.

Naddaf id-drain tas-sink billi:
  • L-ewwel titfa' bikarbonat.
  • Imbagħad meraq tal-lumi.

Fit-tea pot jew coffee pot:
  • Itfa' ftit flieli tal-lumi.
  • Agħlli l-ilma.
  • Ħallieħ joqgħod satgħtejn.
  • Wara Laħlaħ.

Għal-ħġieġ u mirja tista':
  • Tħallat litru ilma.
  • Kwart ta' kikkra ħall abjad.
  • 2 magħref meraq tal-lumi.
  • Poġġihom ġo flixkun.

Għat-tbajja fl-uċuħ tal-cupboard:
  • Agħmel ftit meraq tal-lumi fuq it-tebgħa.
  • Ħalliha ftit minuti.
  • Ogħrok bil-bikarbonat.

Għas-sink ta' stainless steel jew porċellana:
  • Aqsam lumija minn-nofs.
  • Billa fi ftit melħ.
  • Ogħrok is-sink biha.
  • Laħlaħ b-ilma fietel.
  • Ixxottaħ sa ma jiġi jleqq.

Għaż-żraben tal-ġilda suwed jew kannella tista':
  • Timsaħom bil-meraq tal-lumi b'ċarruta ratba.
  • Wara imsaħ sa ma jiġu jleqqu.

Għal-ġebla mal-viti:
  • Aqta' felli lumija.
  • Ogħrok u ħallih ftit minuti.
  • Wara laħlaħ.

Biex tnaddaf is-shower:
  • Agħsar 2 lummijiet u ftit ilma.
  • Poġġihom ġo flixkun.
  • Sprejja fuq il-madum u x-shower.
  • Imsaħ biex tippreveni mill ġebla.

Għal-ġebla fil-kittla tista':
  • Tuża qoxra ta' lumija.
  • Imla bl-ilma.
  • Agħllieħ.
  • Ħallieħ lejl.
  • Filgħodu laħlaħ sew.

Meta d-dishwasher tagħmel ir-riħa:
  • Ħaddem il-magna vojta bi kwart ta' kikkra meraq tal-lumi fejn titfa' s-sapun issoltu.
  • Din tkun qiegħda toqtol il-mikrobi u tneħħi r-riħa.

Jekk ikollok bżonn buttermilk jew sour cream minnflok tista' tuża:
  • Magħrfa meraq tal-lumi ma' kikkra ħalib frisk.

Jekk trid tikteb messaġġ fuq karta mingħajr ma jidher uża:
  • Meraq tal-lumi bħala inka invisibli.
  • Ikteb bil-cotton bud.
  • Meta tinxef żomm il-karta ħdejn bozza taħraq (mhux viċin)
  • Il-kitba tidher kannella u tkun tista' taqraha.

Biex id-dwiefer jiċċaraw u jissaħħu:
  • Xarrabhom fil-meraq tal-lumi għal bejn 5 u 10 minuti.
  • Bil-brush ogħrok b'taħlita ndaqs ta' ħall abjad u ilma fietel.
  • Wara laħlaħ sew.

  • Jew meraq tal-lumi u magħrfa żejt taż-żebbuġa.

Biex jirtabu l-cuticles uża:
  • 2 kuċċarini meraq tal-lumi.
  • Kuċċarina għasel.
  • Nofs kikkra ilma fietel.
  • Xarrab il-ponot tas-swaba għal 5 sa 10 minuti.
  • Laħlaħ, nixxef u mbotta l-cuticles l-isfel.

Biex il-lumija jkollha iżjed meraq:
  • Saħħanha fil-pala ta' jdejk jew 2 sekondi fil-microwave.

Biex ittaffi l-ugieħ fil-griżmejn tista':
  • Tiggargalizza b'kuċċarina lumi ma' 2 magħref ilma fietel biex toqtol il-bacteria.
Jew taħlita ta':
  • Nofs jew lumija sħiħa magħsura.
  • 4 kuċċarini (measuring spoons) għasel.
  • Tazza ilma fietel.
  • Ponta ta' kuċċarina melħ.
  • Tista teħodha filgħodu u filgħaxija għal 5 ijiem.

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek