Theme Preview Rss

Bikarbonat


Bl-Ingliż insibuh bħala baking soda jew bicarbonate of soda. Dan jintuża fit-tisjir u fit-tindif apparti użi oħrajn, bħal biex titfi n-nar, tneħħi l-irwejjaħ u aktar. Hemm ħafna xi tgħid fuq il-bikarbonat imma mhux ser nidħol fil-kemistrija.
Se ngħid x'nistgħu nagħmlu bih fid-dar tagħna. Huwa kkunsidrat li ma jagħmilx ħsara lill ġilda imma nevitaw li nibilgħu ammonti kbar minnhu bħal melħ, li huwa simili tiegħu. Jista' jintuża biex tbiegħed il briegħad minn fuq il-pets tagħna billi tferrex fuqu u b'hekk il-pets jiġu jfuħu iżjed. Għal snien bojod jintuża fit-toothpaste jew tużah bħala toothpaste billi titfa' ftit bikarbonat fuq il-brush u taħsel snienek, fl-istess ħin jifriska l-ħalq. Meta naħslu xagħarna, jgħin biex inneħħu dawk il-kimiċi ta' prodotti oħra li jeħlu ma' xagħarna u b'hekk ix-xagħar jiġi jleqq iżjed. Tajjeb biex nitfu n-nar waqt it-tisjir, fil-kċina jew fuq xi-barbeque. Meta jkun hemm in-nar ferrex il-bikarbonat biex jintefa'. Il-bikarbonat jintuża wkoll biex inżidu l-PH fl-ilma. Hawn Malta għandna ilma tqil li allura l-mara tad-dar jekk ma tarax ir-ragħwa ma tkunx taf li qiegħda tnaddaf. Imma tajjeb li wieħed ikun jaf li mhux ir-rawa li tnaddaf, imma s-sapun huwa li jnaddaf. Tajjeb li noqogħdu attenti għax inkunu qiegħdin nagħmlu l-ħsara lilna u kull min jabita fid-dar, il-pets tagħna wkoll. Għalhekk nużaw inqas ammont ta' deterġent u miegħu nħalltu l-bikarbonat biex l-ilma jiġi eħfef u s-sapun xorta jkun qiegħed jagħmel l-effett tiegħu.


Diġa ktibt metodi fuq il-bikarbonat, nagħti aktar l-quddiem.



Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek