Theme Preview Rss

Kif tieħu ħsieb is-sufan tal-ġilda

Ħalli s-sufan tal-ġilda l-bogħod mid-dawl tax-xemx u 2 piedi l-bogħod mill heaters. Jekk ikun hemm it-tipjip fejn hemm l-għamara tal-ġilda, il-kulur tal-ġilda jista' jinbidel. Żomm affarijiet li huma għal ponta l-bogħod mill għamara tal-ġilda. Tużax brushes ebsin jew microfibre cloths biex tnaddaf il-ġilda. Tagħfasx ħafna meta tnaddafha anke jekk iċ-ċarruta hija ratba. Imsaħ bil-mod u jekk jinxtered likwidu aħjar tixxugah milli timsħu. Farfar l-għamara li jkolla l-ġilda regolarment u għanda titnaddaf mill inqas kull 3 xhur.


Dawn huma metodi ta' kif innaddfu sufan tal-ġilda. Importanti li lewwel tipprova' ximkien fejn ma jidhirx biex tara li l-kulur ma jinbidilx.

  • Parti ħall abjad ma 2 partijiet flaxseed oil.
  • Wara li tħallathom, naddaf b'ċarruta nadifa u li ma tagħmilx tnietex.
  • Ħallieh għal madwar 8 siegħat jew lejl.
  • Wara ixxotta sa ma jiġi jleqq.
Jekk hemm tbajja, uża l-istess ammont ta' meraq tal-lumi u cream of tartar, ħawwadhom flimkien sa ma jiġu paste. B'ċarruta ratba u bajda neħħi t-tebgħa. Jekk ma tmurx mal-ewwel erġa prova.

Metodu ieħor. 
  • Toothpaste li mhuwiex gel tajjeb għat tbajja.
  • Spray tax-xagħar tajjeb għat tbajja imma imsaħ fil-pront.
  • Jekk hemm inka fuq il-ġilda neħħi bin-nail polish remover.
  • Għal grif tista' tuża kuċċarina żejt taż-żebbuġa, tħalliha erba' siegħat u imsaħ sew.
  • Meta l-ġilda tinqasam uża vażelina (petroleum jelly) u għorok bil-mod bil-movument ċirkulari.
  • Iż-żejt taż-żebbuġa tajjeb biex il-ġilda tiġi tleqq.

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek