Theme Preview Rss

Il-Ġinġer

Il-Ġinġer huma għeruq jew aħjar rhizomes ta’ pjanta li jisimha Zingiber Officinale. Dawn jintużaw kemm fit-tisjir u kemm bħala mediċina naturali. Jistgħu jintużaw ghaċ-ċirkulazzjoni tad-demm, għas-seqi’, għal meta nkunu se nivvjaġġaw, għall-bughawwiġ li jaqbadna matul il-lejl, għas sajnus, uġiegħ fil-griżmejn, uġiegħ ta’ ras u migranja, għall-ażżma, sogħla, dardir, pressjoni, uġiegħ tal-artrite, xjatka, ghall-Kanċer tal-musrana u tal-ovarji u oħrajn.



Meta nixtru il-Ġinġer, naraw li ma jkollux tikmix, artab jew immuffat. Nistgħu nużawh billi nippressawh, inqattgħuh irqiq, nħokkuh bil-ħakkieka jew bl-għodda li nqaxxru l-lumija.
Iżomm tajjeb għall-madwar ġimgħa fil-kamra b’temperatura tal-kamra, għal xahar jekk nerfgħuh ġo borża tal-plastik fil-friġġ jew inqaxxruh u niffriżawh għal meta niġu bżonnu.


Tista' tagħmel te’ tal-Ġinġer għal 4 porzjonijiet:
  • 4 kikkri ilma.
  • Biċċa Ġinġer daqs 2 pulzieri u imqattgħin irqaq.
  • 4 kuċċarini għasel.
  • 4 flieli tal-lumija.
Agħmel l-ilma u l-Ġinġer ġo kazzola u wara li jibda jagħli itfilu. Agħttih bl-għatu u ħallih għal 15 jew 20 minuta. Wara saffih u ferra fil-kikkra ma' kuċċarina għasel u felli lumija.

Nistgħu inkabbru l-Ġinġer fid-dar jew fil-ġnien tagħna. Qabel ma nħawwlu l-Ġinġer, aħslu u ħallieh ġo sjuna bl-ilma għal-lejl sħiħ fil-kċina. Ġo qasrija daqs 14 il-pulzier wiesa u fonda itfa’ il-kompost u xarrbu ftit. Poġġi l-Ġinġer u itfa ftit kompost fill-wiċċ mhux fil-fond ħafna. Importanti li fejn ikun se jinbed dik li ngħidulha "għajn" tkun tħares 'l fuq. Erġa xarrab ftit il-wiċċ tal-kompost u żommha f-temperatura ta' 25-30°C, fid-dell. Kultant żmien saqqiha. Tieħu madwar 10 xhur biex timmatura u tkun tista' tużha. Biex tkompli tkattar minnha, ħawwel dak li jinbet bl-istess proċedura. Importanti li fix-Xitwa nżommu l-pjanta ghall-kenn minħabba l-kesħa u r-riħ jekk inħawluha fil-ġnien. Tista' tħalliha ġewwa fix-Xitwa u toħroġha fis-Sajf u tħalliha fid-dell.



Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek