Theme Preview Rss

Użu bil-lumi

Il-meraq tal-lumi hu l-aħjar deterġent, naturali u joqtol il-mikrobi wkoll. Minbarra li għandu riħa tfuħ, ma jagħmilx ħsara lil-ċertu drapp u l-injam mhux illostrat. IMPORTANTI: Tuzaħx fuq l-irħam.

Kif tieħu ħsieb is-sufan tal-ġilda

Ħalli s-sufan tal-ġilda l-bogħod mid-dawl tax-xemx u 2 piedi l-bogħod mill heaters. Jekk ikun hemm it-tipjip fejn hemm l-għamara tal-ġilda, il-kulur tal-ġilda jista' jinbidel. Żomm affarijiet li huma għal ponta l-bogħod mill għamara tal-ġilda. Tużax brushes ebsin jew microfibre cloths biex tnaddaf il-ġilda. Tagħfasx ħafna meta tnaddafha anke jekk iċ-ċarruta hija ratba. Imsaħ bil-mod u jekk jinxtered likwidu aħjar tixxugah milli timsħu. Farfar l-għamara li jkolla l-ġilda regolarment u għanda titnaddaf mill inqas kull 3 xhur.

Innaddfu vażun imtappan

  • Kwart ta' kikkra jew nofs kikkra ross niexef.
  • Itfgħu fil-vażun u żid ilma fietel sa fejn hu mtebba.
  • Bil-mod ħawwad u wara armi r-ross u l-ilma.

Metodu ieħor.
  • Imla l-vażun bil ħall abjad sa fejn hu mtebba.
  • Ħallieh lejl u l-għada laħlaħ il-vażun bl-ilma fietel.

Metodu ieħor.
  • Imla l-vażun bl-ilma w itfa ftit tablets li jnaddfu d-dentatura. (Dawn inaddfu wkoll il-cotton abjad meta jkunu mtebbgħin.)

Metodu ieħor.
  • Taħlita ta' nofs parti ilma ma' nofs parti denatured alcohol. methylated spirit )

Dan il-metodu tajjeb għal vażuni, għal ħġieġ u għal mirja.
  • 2 kikkri te' tal-lemon grass mgħoddi mill passatur.
  • Nofs kikkra ħall abjad.
  • Mgħarfa cream of tartar.
  • Ħallat kollox ġo flixkun u sprejja.

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.

Nerġgħu nużaw

Minn t-shirt għal kobba.
Huwa importanti li nerġgħu nużaw u nirriċiklaw għal benefiċju tal-ambjent. Inkunu qegħdin ngħinu lid-dinja biex ma nżidux skart fuq din il-pjaneta u nagħmluha isbaħ u b’saħħita. Il-maġġoranza tal-popolazzjoni tad-dinja jergħu jużaw il-ħwejjeġ billi jagħtuhom lil xi ħadd ieħor u jekk m’għadhomx tajbin biex jintlibsu jistgħu jużawhom għat tindif jew jagħmlu xi ħaġa ġdida minnhom bħal twapet, basktijiet, imħaded, ġugarelli għal annimali, kutri, u oħrajn.

Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek