Theme Preview Rss

L-Imsiemer Tal-Qronfol


L-imsiemer tal-qronfol li bl-Ingliż jgħidulhom cloves huma l-fjuri jew aħjar il-buds nexfin u li jkunu imdakkrin mis-siġar Syzygium Aromaticum fl-Indoneżja u pajjiżi oħrajn tropikali. Fihom ħafna vitamini u minerali bħall-manganiż, kalċju, magniżju, potassju, ħadid u oħrajn. L-imsiemer tal-qronfol jikkontrollaw id-dijabete, sogħla, uġiegħ ta ras, id-deni, allerġiji, ħakk bħall meta wieħed imiss il-poison ivy, stress u anke għajja. Huwa tajjeb li nżommu minn dawn l-imsiemer tal-qronfol fid-dar tagħna, għax huma tajbin għal mal-ikel, huma mediċinali kif ukoll tajbin għal użu ieħor fid-dar tagħna.


Mal-ikel nistgħu nużawhom mal-laħam qabel ma nsajruh, jew mat-torti tat-tuffieħ. Nistgħu nużawhom mal-pastard, brokkli u kaboċċi biex jgħinuna fid-diġestjoni.

L-imsiemer tal-qronfol jintużaw kemm sħaħ, mitħuna jew bħala żejt. Meta jintuża bħala żejt noqogħdu attenti li nħaltuh ma żejt basiku ieħor bħal żejt tal-lewz jew
jojoba. Mara li tkun qed tistenna tarbija g
ħandha ssaqsi lit-tabib jekk tistax
tu
ża dan iż-żejt minħabba li fih Eugenol u jista jkun ta ħsara. Nies li jbatu
b
xi ulċera fl-istonku jew bxi kundizzjoni bhall diverticulitis għandhom
joqog
ħdu attenti wkoll mill-użu taż-żejt tal-imsiemer tal-qronfol.

Iż-żejt tal-imsiemer tal-qronfol jintuża mid-dentisti fil-loppju jew biex wieħed
itaffi mill-u
ġiegħ tad-dras sa ma jasal iż-żmien biex imur għand id-dentist.

Għandna nżommuhom ġo kontenitur magħluq sew biex jibqgħu tajbin għal ħafna xhur u meta jkunu mitħuna l-aħjar li nżommuhom ġo kontenitur magħluq sew fil-friġġ għal żmien qasir għax it-togħma tintilef.

Għal użu fid-dar, l-imsiemer tal-qronfol huma tajbin biex tbiegħed id-dubbien, tuża ftit ġo biċċa tajts li jkun tqattalna jew drapp li jgħaddi l-arja minnu u dendila ħdejn it-tieqa li jkun hemm miftuħa. Metodu ieħor biex tbiegħed id-dubbien milli jidħol huwa li taqbad tuffieħa ratba u ddeffes fiha madwar 20 jew 30 imsiemer tal-qronfol u tpoġġiha fil-plattina. Dan il-metodu huwa tajjeb anke jekk fis-Sajf tkunu ħdejn il-baħar jew fxi piknik.

L-imsiemer tal-qronfol tajbin ukoll biex inbiegħdu l-kamla u biex infewħu d-dar. Tista iddeffes daqs 20 minnhom ġo larinġa u minbarra li tfewwah tkun qiegħed tbiegħed insetti oħra bħall nemus.

Metodu biex tnaddaf it-tapit mingħajr ma xxarbu.
Għandek bżonn:
  • Nofs kikkra cornstarch jew cornflour
  • 2 kikkri bikarbonat (baking soda)
  • 4 werqiet tar-rand imnixxfa u imfarrkin
  • Marfa msiemer tal-qronfol mitħuna. 
  • Ħallat kollox flimkien u ferrex fuq it-tapit, ħallih għal madwar siegħa u ivvakuma. 


Għal meta jkollna l-moffa malajt jew fili uża nofs kuċċarina żejt tal-imsiemer tal-qronfol ma litru ilma u sprejja bih. Għaż-żraben tal-ġilda meta jimmuffaw żid kwart ta kuċċarina żejt tal-imsiemer tal-qronfol ma 500 ml baby oil u bit-tajts li jkun tqattalek u ma tarmihx biex innaqsu mill-iskart imsaħ il-moffa miż-żarbun. Jekk għandek l-umbrella u se terfagħha biex ma timmuffax sprejja taħlita ta kwart ta kuċċarina miż-żejt ma litru ilma.

Għall-idejn ħorox tista tagħmel taħlita ta’ kikkra żejt bażiku jew żejt tal-haxix ma 12 imsiemer tal-qronfol li tkun għaffiġthom ftit u ħallihom ġimgħatejn biex jerħu f’dan iż-żejt.

Jekk trid tagħmel deodorant mingħajr kimika għandek bżonn 6 imgħaref witch hazel.
  • 2 kuċċarini gliċerina veġetali
  • 2 taqtiriet clove oil essential oil li semmejt fil bidu nett (żejt tal-imsiemer tal-qronfol)
  • 2 taqtiriet żejt tal-coriander
  • 2 taqtiriet żejt tal-lavander
  • 5 taqtiriet żejt tal-grapefriut
  • 5 taqtiriet żejt tal-qoxra tal-lumi
  • 5 taqtiriet żejt tal-palmarosa
  • 10 taqtiriet żejt tal-lumi


Din l-iżjed qiegħda għal min iħobb juża essential oils li jkunu puri.

Biex tnaqqas l-istress jew għajja għandek bżonn 10 grammi msiemer tal-qronfol u 150 ml ilma, ħallih jagħli u meta jinxef nofs l-ilma 75 ml saffih u ħu 25 ml bħala te'. Ibda bi ftit sa ma tidrah imbagħad 3 darbiet kuljum, peress li jkun naturali dejjem għandna nieħdu ftit minħabba xi effetti ohrajn, bhall dijoreja jew taqlib ta stonku. 

Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.


Żomm ruħek aġġornat/a

Ikteb l-email tiegħek