Minn t-shirt għall tapit maħdum bil-labar.
L-Imsiemer Tal-Qronfol
Kabbar/Ċekken il-kitba ![]() ![]() ![]() |
on Friday, 15 March 2013
Kategorija
Immaniġġjar tal-iskart,
Insetti,
Tindif
/
L-imsiemer tal-qronfol li bl-Ingliż
jgħidulhom cloves huma l-fjuri jew aħjar il-buds nexfin u li
jkunu imdakkrin mis-siġar Syzygium Aromaticum fl-Indoneżja u pajjiżi
oħrajn tropikali. Fihom ħafna vitamini u minerali bħall-manganiż, kalċju, magniżju, potassju,
ħadid u oħrajn. L-imsiemer
tal-qronfol jikkontrollaw id-dijabete, sogħla, uġiegħ ta’ ras, id-deni,
allerġiji, ħakk bħall meta wieħed imiss il-poison ivy,
stress u anke għajja. Huwa tajjeb li nżommu minn dawn l-imsiemer
tal-qronfol fid-dar tagħna, għax huma tajbin għal mal-ikel, huma mediċinali kif ukoll tajbin għal użu ieħor fid-dar
tagħna.
Il-Ġinġer

Il-Moffa
Il-moffa tixbaħ lilll pjanta, tħobb is-sħana, dlam u umdita, tikber minn spori li bilkemm jidhru, jipproduċu u jimlew is-soqfa, ħitan, injam, twapet, fili tal-madum, ġilda, karti, ħoġor tat-twieqi u anki l-ħobż. Il-moffa hija perikoluża għax tniġġeż l-arja fid-dar tagħna u hija tossika. Tista' toħloq problemi serji bħall ażżma, dippressjoni, uġiegħ ta’ żaqq, uġiegħ fil-buzzieqa ta’ l-urina, uġiegħ fil-kliewi, mard fil-ġilda, problemi fil-vista ta’ l-għajnejn, dardir, attakki tal-qalb, kanċer u oħrajn. Mela l-aħjar ħaġa li għandna nagħmlu hu li neħilsu minnha kif tibda tidher, biex ma nħalluwhiex tinfirex.
Żomm ruħek aġġornat/a
Agħfas Like
Avviż
Żomm ruħek aġġornat/a
Paġni
Kategoriji
- Tindif (20)
- Ġnien (12)
- Immaniġġjar tal-iskart (9)
- Punti importanti (5)
- Insetti (3)
- Krafts (3)
- cleaning (1)