Il-qxur tal-larinġ għandu ħafna użu differenti. Minflok tuża prodotti bil-kimiċi tossiċi, agħmel il-prodotti tiegħek ħalli jkunu tajbin għal saħħtek u irħas. L-aċtu u ż-żjut fil-qxur tal-larinġ jaħdmu tajjeb. Fiż-żejt insibu sustanza li jisimha D-Limonene li jnaddaf it-tidlik taż-żejt.Biex tnixxef il-qxur tal-larinġ qaxxar il-larinġa u l-abjad ta' ġewwa neħħihula, ħallieh fix-xemx għal madwar ġimgħa. Imbagħad itħnu bil-blender u għaddieh fil-passatur biex tieħu t-trab tiegħu. Li jifdal tarmiħx, tista' tużah xorta għal affarijiet oħrajn.











Artikli aktar ġodda
Artikli aktar antiki
L-ewwel paġna