Il-Basal
Il-Basal oriġina fil-lbic tal-Asja, u issa huwa ikkultivat madwar id-dinja. Jintuża fit-tisjir kif ukoll bħala ħxejjex mediċinali.
Il-melħ
Ħafna jaħsbu li l-melħ jintuża biss fil-kċina għat-tisjir. Jintuża wkoll fl-industrija, fil-kura medika u oħrajn. Il- melħ huwa element essenzjali fid-dieta, mhux biss għal bniedem imma wkoll għall annimal. Hemm ma l-erbatax-il elf użu mill-melħ, li nannietna kienu familjari ma' ħafna minnhom u li wħud minnhom għadhom validi sal-ġurnata tal-llum. L-ebda kċina ma tgħaddi mingħajr melħ. Dawn li ġejjin huma ħjiel ta' kif tista' tuża l-melħ.
Ir-Ram

Aktar użu mill qxur taċ-ċitru

Nerġgħu nużaw

Infewħu d-dar
Ħafna huma dawk li jħobbu riħa friska u tfuħ fid-dar tagħhom billi jużaw ċertu air fresheners kummerċjali. Uħud minnhom ikun fihom ingredjenti velenużi bħal phthalates u voc's bħal benzene u formaldehyde. Li wieħed jipprova jfewwah bi fwieħa magħmula minn kimiċi, jkun qiegħed iniġġes l-arja fid-dar. Huwa importanti li nżommu l-kwalita ta' arja l-aktar nadifa fi djarna u li tagħmel air freshener inti hija xi ħaġa fantastika, faċli biex tagħmilha u tifranka l-flus.
Xampu għall klieb

Ingredjenti perikoluzi fil-prodotti

Nerġgħu nużaw t-shirt
- Nagħtuhom lil xi ħadd ieħor.
- Nużawhom għat tfarfir.
- Jew nużawhom għal krafts.
Il-kamla

Il-Ħabaq

Il-ħabaq insibuh madwar id-dinja, għalkemm jaħsbu li ġie mill India u lvant Nofsani. Hija pjanta tajba biex tikkalma n-nervi, tajba anke ghan-nifs u biex tiftah il-passaġġi tal imnieħer. Meta jkollna xi riħ jew influenza għomod il-weraq tal-ħabaq. (minn werqa sa tnejn)
In-nemus
African Violet
Imsemmija ghal Baruni Walter Von Saint Paul-Illaire. (1860-1910) Huwa Ġermaniż, sab il-pjanta St Paula jew African Violet gol-Afrika tal-lvant, fl-aħħar tas-seklu dsatax. Din tassorbi l-kimika formaldehyde.
Bikarbonat

Bl-Ingliż insibuh bħala baking soda jew bicarbonate of soda. Dan jintuża fit-tisjir u fit-tindif apparti użi oħrajn, bħal biex titfi n-nar, tneħħi l-irwejjaħ u aktar. Hemm ħafna xi tgħid fuq il-bikarbonat imma mhux ser nidħol fil-kemistrija.
Użu bil-lumi

Kif tieħu ħsieb is-sufan tal-ġilda
Ħalli s-sufan tal-ġilda l-bogħod mid-dawl tax-xemx u 2 piedi l-bogħod mill heaters. Jekk ikun hemm it-tipjip fejn hemm l-għamara tal-ġilda, il-kulur tal-ġilda jista' jinbidel. Żomm affarijiet li huma għal ponta l-bogħod mill għamara tal-ġilda. Tużax brushes ebsin jew microfibre cloths biex tnaddaf il-ġilda. Tagħfasx ħafna meta tnaddafha anke jekk iċ-ċarruta hija ratba. Imsaħ bil-mod u jekk jinxtered likwidu aħjar tixxugah milli timsħu. Farfar l-għamara li jkolla l-ġilda regolarment u għanda titnaddaf mill inqas kull 3 xhur.
Innaddfu vażun imtappan
- Kwart ta' kikkra jew nofs kikkra ross niexef.
- Itfgħu fil-vażun u żid ilma fietel sa fejn hu mtebba.
- Bil-mod ħawwad u wara armi r-ross u l-ilma.
Metodu ieħor.
- Imla l-vażun bil ħall abjad sa fejn hu mtebba.
- Ħallieh lejl u l-għada laħlaħ il-vażun bl-ilma fietel.
Metodu ieħor.
- Imla l-vażun bl-ilma w itfa ftit tablets li jnaddfu d-dentatura. (Dawn inaddfu wkoll il-cotton abjad meta jkunu mtebbgħin.)
Metodu ieħor.
- Taħlita ta' nofs parti ilma ma' nofs parti denatured alcohol. ( methylated spirit )
Dan il-metodu tajjeb għal vażuni, għal ħġieġ u għal mirja.
- 2 kikkri te' tal-lemon grass mgħoddi mill passatur.
- Nofs kikkra ħall abjad.
- Mgħarfa cream of tartar.
- Ħallat kollox ġo flixkun u sprejja.
Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista' tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.
Nerġgħu nużaw
Minn t-shirt għal kobba.
|
Qxur tal-larinġ

Biex tnixxef il-qxur tal-larinġ qaxxar il-larinġa u l-abjad ta' ġewwa neħħihula, ħallieh fix-xemx għal madwar ġimgħa. Imbagħad itħnu bil-blender u għaddieh fil-passatur biex tieħu t-trab tiegħu. Li jifdal tarmiħx, tista' tużah xorta għal affarijiet oħrajn.
Innaqqsu l-konsum tad-dawl u l-ilma
- Itfi d-dawl meta mhux qed tuża l-kamra.
- Ninvestu fid-dawl LED.
- Iddaħħalx ikel jaħraq fil-friġġ.
- Tħallix il-kompjuter jew televissjoni mixgħul għalxejn.
- Aqla l-plakek li mhux qed jintużaw.
- Meta taħsel xagħrek aħsila minn qabel ħalli tilħaq tinxef qabel ma tissetjha.
- Żomm il-bibien magħluqin jekk hemm air condition mixgħul.
- Jekk ma tkunx ser tuża l-gijżer itfih.
- Toqgħodx bil-bieba tal-friġġ miftuha, iddeċiedi minn qabel xi trid toħrog minnha.
- Naddaf fuq wara tal-friġġ kull tant żmien.
- Aħsel loads kbar tal-ħwejjeġ.
- Naddaf il-filter tat-tumble dryer u tal-air condition.
- Investi f’sistema ta’ solar water heaters.
- Investi f’sistema ta’ solar panels.
- Jekk l-air condition ikun fid-dell, tkun qed tiffranka madwar 5% iżjed.
- Aħjar shower milli banju, basta ma ddumx ħafna.
- Meta taħsel snienek jew idejk agħlaq l-ilma sakemm togħrokom.
- Meta tagħlli xi ħaġa fuq in-nar, wara uża l-ilma biex issaqqi.
- Aħsel bl-ilma kiesaħ.
- Uża ilma tal-bir jekk għandek.
- Sewwi l-vit jekk joqtor.
- Uża l-ilma tal-ħasil tal-ħwejjeġ biex taħsel il-btieħi jew postijiet oħra.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.
Jekk trid iżżid ma’ dawn
ikteb fil-kummenti.
Niċċaraw il-minkeb, l-irkoppa u taħt l-għajnejn
Hija problema komuni meta jkollna l-minkeb skur għaliex dik il-parti ma tantx nagħtu kasha, u hija parti li nużaw ħafna meta eżempju nserrħu jdejna fuq xi ħaġa. għalhekk tidher skura l-ġilda tal-minkeb għax hija eħxen.
Nerġgħu nużaw il-gażżetti jew karti

Użu ieħor mit-tajts
Ħafna nies jaħsbu li t-tajts għandu ħajja qasira. La darba jilbsuh dan jitqatta u jarmuh, imma hemm diversi modi x'tista' tagħmel minflok tarmih, ikun liema qies, kulur u għamla. Il-biċċa l-kbira jkunu magħmulin minn nylon li mhuwiex bio degradibli, iġifieri dan jekk se jintrema, mhux se jitmermer. Kontu tafu li mit-tajts jagħmlu bankijiet fil-ġonna? Twapet u ġugarelli? Li jbiddel par saqajn mhux biżżejjed.
Qxur tal-bajd
Jiena nirriċikla, nerġa' nuża u nagħmel dak kollu li nista' nagħmel biex innaqqas l-iskart mill land fills. Din hija xi ħaġa ekonomika u wieħed jista' jkun qiegħed jifranka l-flus, u jtejjeb saħħtu meta nużaw affarijiet naturali u mhux sintetiċi.
Hemm diversi użu mill qxur tal-bajd, kemm mill industrija kif ukoll mid-dar. Il-qxur tal-bajd jintużaw għal arti fi proġetti u nistgħu nagħmlu xi ħaġa li qatt qabel ma konna naħsbu fuqa.
Hemm diversi użu mill qxur tal-bajd, kemm mill industrija kif ukoll mid-dar. Il-qxur tal-bajd jintużaw għal arti fi proġetti u nistgħu nagħmlu xi ħaġa li qatt qabel ma konna naħsbu fuqa.
Neħilsu minn nemel minġħajr ma noqtluhom
Dawn li ġejjin huma tips biex nużawhom minn fejn joħroġ in-nemel bħal toqob u xquq. In-nemel iħallu riħa biex ikunu jafu minn fejn ġħaddew, għaldaqstant nużaw dawn it-tips li ġejjin biex ifixklu lin-nemel u ma jerġgħux jiġu.
Tagħrif fuq il-pjanta Ilsien in-Nisa

Libsa bil-Video Tape
Mod ieħor ta' kif innaqsu l-iskart huwa billi nerġgħu nużaw. Din il-libsa hija magħmula minn VHS tapes u basktijiet tal-plastik. Tista’ toħloq iżjed affarijiet magħmulin minn tapes jew plastik, mhux ilbiesi biss. Tarmix qabel issir taf x’tista terġa tagħmel bihom, b’hekk tkun qiegħda/qiegħed tgħin l-ambjent. Importanti li jekk tagħmel xi ħaġa bil plastik, tkun ċert/a li mhux bijodegradabbli għaliex jitmermer maż-żmien. Aktar affarijiet maħduma b'dan il-mod se ssibuhom ġo xi artikli aktar il-quddiem. Tkun idea tajba kieku kulħadd jagħmel xi użu minn dawn il-materjali, jew jagħtihom il-min għandu użu tagħhom biex ma narmux ir-riżorsi tagħna.
Jekk tkun trid aktar informazzjoni tista tħalli kumment jew tikkuntattjani.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.
Agħfas "Like" jekk jogħġbok l-artiklu.
Tindif tal-għamara mhux illostrata
Ipprova dawn il-metodi fejn ma jidirx l-ewwel ħalli tara jekk jogħġbokx.
Tindif tat-twapet
Tmenin fil-mija tal-ħmieġ ġewwa d-dar ġej minn żraben meta nidħlu ġewwa. Bacteria tista’ tgħix sa erba’ ġimgħat ġot-tapit. Jista jkun li t-tapit li narawh nadif f’għajnejna jkun mimli trab. Mal-elfejn dust mites jistgħu jgħixu fit-tapit.
Il-kura tal-pjanti
Introduzzjoni:
Il-pjanti saru
parti mill ħajja tagħna ta’ kuljum u ssib tixtrihom minn kull rokna. Għalkemm
meta nixtru xi pjanta jkolla xi tabella zgħira dwar kif għandna nieħdu ħsieba,
pjanta li tkun ila taħt idejn il-bniedem li kabbarha tista’ tiġi meqruda f’temp
ta’ ftit żmien meta tkun qiegħda fid-dar tagħna għax nittrattawha ħażin jew
tkun ġo post ħażin. Il-pjanti għandhom bżonn dawl, arja u umdita’. Mhux kull
pjanta għanda bżonn l-istess kura. Hemm pjanti li jgħixu f’ħafna dawl u oħrajn
li jgħixu f’dawl li tara taqra. Tajjeb li wieħed ikun jaf x’jisimhom il-pjanti.
Innaqqsu l-iskart
L-ewwel post minn fejn nibdew innaqqsu
l-iskart huwa mill-ħanut meta mmorru nixtru.
Deterġent bil-qxur taċ-ċitru
Evitaw li tuzawh fuq l-irħam.
Nirrakkomandalkom biex tibdew terfgħu l-qxur ġo bowl magħluqa fil-friġġ sa għaxart ijiem u sa ma jkollkom biżżejjed biex timlew il-vażett sabiex tkunu tistgħu tagħmlu din it-taħlita.
Kif inżommu l-insetti l-bogħod
Dawn jistgħu jintużaw biex ibiegħdu l-insetti kollha.
Te’ tan-naniegħ:
2 tea bags tan-naniegħ jew kwart ta kikkra naniegħ frisk imqatta ġo litru misħun għal nofs siegħa.
Meta jiksaħ saffieħ u sprejja fuq il-pjanti.
2 tea bags tan-naniegħ jew kwart ta kikkra naniegħ frisk imqatta ġo litru misħun għal nofs siegħa.
Meta jiksaħ saffieħ u sprejja fuq il-pjanti.
Tista' tuża wkoll
Tindif tal-kċina, kamra tal-banju u tal-ħġieġ
Deterġent biex
tnaddaf fil-kċina u fil-kamra tal-banju.
Il-cooker, burners, viti tal-ilma, uċuħ tal-cupboard, sinkijiet, toilet seats u l-banju:
Il-cooker, burners, viti tal-ilma, uċuħ tal-cupboard, sinkijiet, toilet seats u l-banju:
Ftuħ tal-blog
Illum se niftaħ
uffiċjalment dan il-blog li huwa dwar is-saħħa ambjentali li
jikkonsisti fuq, kif nistgħu nżommu l-arja ta’ ġewwa aktar nadifa billi nnaqsu kimiċi tossiċi li qegħdin jikkawżawlna ċertu
mard bħal Kanċer, Ażżma, mard fil-kliewi, fil-fwied u oħrajn, kif nimmaniġjaw
l-iskart, billi nnaqsu, nerġgħu nużaw u nirriċiklaw fost oħrajn, u kif nistgħu
nsebbħu d-dar tagħna bil-pjanti u fjuri. Fuq kollox l-ambjent jibda mid-dar...
Xi jfisser li
tkun favur l-ambjent?